Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jniedi s-sistema l-ġdida tal-VMS

  • Mar 12, 2018 15:34
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri nieda l-ewwel seba’ Vessel Monitoring Systems (VMS) li ġew installati fuq bastimenti tas-sajd ‘il fuq minn 12-il metru. Is-Segretarju Parlamentari qal li aktar sistemi tal-VMS, iffinanzjati mill-Fond Nazzjonali, se jkomplu jiġu insallati fuq bastimenti Maltin. Huwa nnota li wħud minn dawn il-bastimenti jmorru jistadu ferm ’il barra mill-kosta Maltija lejn il-gżejjer Baleariċi u għalhekk, permezz ta’ din is-sistema, se nkomplu niffaċilitaw il-ħajja tas-sajjieda tagħna. 

    Il-komunikazjoni għal meta wieħed ikun fuq il-baħar hija ta’ importanza kbira, speċjalment waqt is-sajda kif ukoll għall-ħin li jagħmel biex jasal fiż-żona fejn ikun se jsir is-sajd. Ikunu jridu jsiru ċerti pjanijiet tar-rotot u ta’ fejn jista’ jinsab il-ħut, rapporti tal-qabda, kif ukoll rapport kull tant ħin ta’ fejn jinsab il-bastiment. Dan kollu jrid isir permezz ta’ mezz ta’ kommunikazzjoni li jissejjaħ VMS. 

    Is-Segretarju Parlamentati qal li s-sistema l-ġdida li ġiet installata fuq numru ta’ bastimenti taħdem bis-satellita u tuża s-sistema tal-Inmarsat, li hija waħda tajba ħafna jekk mhux l-aqwa fejn tidħol komunikazzjoni għall-baħħara u sajjieda. Din is-sistema toffri wkoll ċertezza li jkun fejn ikun il-bastiment, qatt ma jinqabad mingħajr coverage, u hekk tiġi eliminata l-ikbar problema li xi komunikazzjoni ma tkunx tista’ ssir.  

    Apparti minn hekk, l-apparat joffri l-għażla li apparat ieħor, bħal dak li jintuża biex tintbagħat il-qabda, ikun imqabbad mal-VMS permezz ta’ wire li jgħidulu Ethernet, jew permezz tal-Wi-Fi. Madankollu jiġi wkoll mogħti lis-sajjieda telephone satellitari għall-komunikazzjoni li jgħidulha ‘Voice’, kif ukoll il-faċilità li jibagħtu u jirċievu SMS. 

    Din is-sistema toffri wkoll il-faċilità lis-sajjied li, jekk irid u jkun lest li jħallas għalih, ikollu is-servizz tal-internet fuq il-bastiment tiegħu. Prattikament, is-sajjieda għandhom il-faċilitajiet kollha li wieħed isib f’uffiċċju modern.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0