Il-BOV jinawgura uffiċċju ta’ rappreżentanza ġdid f’Londra

  • Mar 12, 2018 15:09
  • Miktub minn iNews
"

    L-Onor. Dr Joseph Muscat, Prim Ministru ta’ Malta llum inawgura l-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-Bank of Valletta f’Londra. Huwa kien akkompanjat miċ-Chairman tal-Bank Deo Scerri, mill-Kap Eżekuttiv Mario Mallia u minn Kenneth Farrugia Chief Business Development Officer, fil-preżenza ta’ mistiedna distinti inkluż is-Sur Norman Hamilton, il-Kummissarju Għoli ta’ Malta f’Londra.

    Dr Joseph Muscat feraħ lill-Bank of Valletta għal dan il-pass importanti. “Il-ftuħ tal-uffiċċju tal-Bank of Valletta f’Londra juri kemm l-ekonomija Maltija u s-sistema bankarja evolviet f’dawn l-aħħar snin. Aħna sirna dejjem aktar iffokati fuq tkabbir lil hinn minn xtutna, u qed inkunu aktar proattivi fil-mod kif qed infittxu investment dirett barrani filwaqt li nsaħħu l-mira tagħna fuq ix-xena internazzjonali,” huwa qal.

    Fid-diskors qasir tiegħu, is-Sur Deo Scerri esprima s-sodisfazzjon tiegħu li, “Il-Bank of Valletta issa għandu preżenza fiżika f’Londra, iċ-ċentru kożmopolitan tas-servizzi finanzjarji.” Is-Sur Scerri spjega li, “Il-preżenza tagħna f’Londra hija xprunata mill-istrateġija korporattiva tal-Bank li qed tħares lejn dan l-uffiċċju bħala rabta importanti fin-netwerk eżistenti tagħna ta’ uffiċċji rappreżentattivi li jagħmlu l-Bank of Valletta aċċessibbli għal bażi usa’ ta’ klijenti.” 

    Il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju ġdid jenfasizza l-interess tal-Bank fis-suq Ingliz, li huwa suq importanti għal Malta fil-kuntest reġjonali Ewropew. Is-Sur Dipak Chouhan se jkun responsabbli mit-tmexxija ta’ dan l-Uffiċċju li jinsab f’numru 1, Berkeley Street, Londra. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0