Mosti bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura

  • Mar 12, 2018 09:51
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel anzjan sofra ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6.30 kien involut f'inċident li seħħ fi Triq id-Dawr, il-Mosta minħabba li kien għadu kemm seħħ inċident stradali. 

    Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel anzjan ta’ 82 sena, residenti l-Mosta stess, għal xi raġuni safa milqut minn vettura tat-tip Isuzu NM li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 32 sena li joqgħod ir-Rabat. 

    Ir-raġel ta’ 82 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

    L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 


     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0