Il-Gvern jappella għall-osservazzjoni tar-regolamenti waqt l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa

  • Mar 09, 2018 13:31
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li l-Gvern ħabbar id-dati tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summiena, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri ltaqgħu maċ-Chairman tal-Kumitat Ornis, il-Kumissarju tal-Pulizija kif ukoll rappreżentanti tal-WBRU. Tul din il-laqgħa kien mtenni li l-pożizzjoni tal-Gvern hija waħda ċara, hekk kif sostna l-Prim Minsitru, il-Gvern mhux ser jippermetti li jsiru abbużi waqt l-istaġun hekk kif stabbilit u għaldaqstant talab lill-entitajiet rispettivi sabiex issir aktar ħidma mill-att ta’ edukazzjoni u infurzar. 

    Kemm il-Ministru kif ukoll is-Segretarju Parlamentari apellaw sabiex minn vera għandu għal qalbu d-delizzju, għandu jimxi mar-regoli hekk kif ikkomunikati u skont il-parametri tal-liġijiet rispettivi, dan sabiex il-kaċċa f’dan l-istaġun tkun tirrispetta s-sostenibilità u l-konservazzjoni tal-għasafar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0