Qormi F.C. jaħtru konsulent sportiv

  • Lul 24, 2012 14:33
  • Miktub minn
"

    Vito Giordano ngħaqad uffiċjalment ma’ Qormi F.C. bħala konsulent sportiv. Huwa ġie ppreżentat mill-president tal-klabb Redino Apap lil numru ta’ sponsors waqt attività li saret fil-lukanda Dolmen fil-Qawra. Huwa se jkun qed jikkollabora mas-setturi kollha tal-klabb, b’mod speċjali man-nursery.

    Matul iż-żjara tiegħu lill-klabb u l-kumitat ta’ Qormi F.C., hu baqa’ impressjonat bil-faċilitajiet ġodda li fihom investa l-klabb matul dawn l-aħħar snin. Hu faħħar l-akkademja li daħlet fis-seħħ is-sena l-oħra u fuq kollox id-dedikazzjoni tal-membri mill-kumitat. Dan kollu waslu lil Giordano biex jagħżel lil Qormi F.C. minkejja li kien kkuntattjat minn diversi klabbs oħra. Kemm Giordano u Qormi F.C. għandhom l-istess viżjoni, dik li jagħtu prijorità liż-żgħażagħ.

    Il-ħidma ta’ Vito Giordano fil-klabb ta’ Qormi F.C. bdiet b’mod immedjat, hekk kif permezz tal-kuntatti kbar li għandu fl-Italja, hemm possibiltà li jintlaħaq ftehim ma klabb li jilgħab fis-Serje A Taljana biex jibdew isiru bdil ta’ plejers żgħażagħ u opportunitajiet ġodda biex anke xi tfal imorru jagħmlu xi esperjenza fl-Italja ma dan il-klabb.

    Vito Giordano ħadem ħafna fil-qrib ma’ timijiet rinomati bħal Parma, Lecce u diversi klabbs oħra Taljani. Hu għandu esperjenza vasta fuq l-aspett ta’ scouting ma bosta klabbs oħra fl-Italja u jiffoka fuq it-talent żagħżugħ. Dan l-akkwist huwa ħolqa oħra minn katina ta’ inizjattivi biex Qormi F.C. jiffoka aktar fuq l-irwol importanti taż-żgħażagħ fil-klabb.

    Waqt din l-attività ġie ppreżentat ukoll il-plejer żagħżugħ ta’ 18-il sena Ambrosio Catello li se jkun qed jifforma parti mill-iskwadra ta’ taħt id-19-il sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0