Lejn aktar siti Maltin u Għawdxin fuq il-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO

  • Mar 07, 2018 14:54
  • Miktub minn iNews
"

    “Din hija inizjattiva biex jingħata bidu għal proġett bi sħab bejn il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-Università ta’ Malta, ħalli nagħmlu aktar siti Maltin u Għawdxin fuq il-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO.” Hekk qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonniċi f’konferenza tal-aħbarijiet waqt li ta dettalji dwar dan il-proġett.

    Fl-14 ta’ Novembru 1978, Malta rratifikat il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni fil-qasam tal-Wirt Dinji Kulturali u Naturali, li ġiet adottata fl-1972. Sal-1980, Malta kellha tliet siti rikonoxxuti mill-UNESCO: il-Belt Valletta, it-Tempji Megalitiċi, u l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni.

    Il-Ministru Bonnici fakkar li hija wegħda elettorali tal-Gvern li jsaħħaħ l-investiment fil-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali, tant li fil-qasam tal-wirt kulturali, l-ispiża minn fondi pubbliċi f’dan il-qasam fl-2018 telgħet għal €8.5m minn €5m fl-2012. Bejn l-2013 u l-2017, kemm Heritage Malta kif ukoll id-Dipartiment tar-Restawr ibbenifikaw minn kważi €41m f’fondi mill-UE.

    Il-frott ta’ dan huwa li llum il-ġurnata għandna binjiet, monumenti u saħansitra bliet sħaħ li ġew restawrati, ġawhar Maltin, li jistħoqqilhom li jkunu fuq il-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO.

    Il-Ministru Bonnici kompla jgħid li għal dan il-proġett inħass il-bżonn li l-Ministeru jingħaqad mal-Università, għaliex mhux biss huwa meħtieġ li dan ix-xogħol impekkabbli jsir min-nies tas-sengħa li jaqgħu taħt il-Ministeru, imma biex jintlaħaq l-għan ta’ fejn irridu naslu, irridu wkoll inwettqu r-riċerka meħtieġa biex il-UNESCO tilqa’ u tirrikonoxxi l-applikazzjonijiet tagħha u fl-Università għandna riċerkaturi li jistgħu jgħinuna biex inwasslu s-siti tanġibbli tagħna lejn dan ir-rikonxximent meħtieġ.

    Il-wirt kulturali ta’ pajjiżna ma jitgawdiex biss mill-poplu Malti, imma wkoll mill-eluf ta’ turisti li jżuru pajjiżna, apparti li rridu nħallu legat kulturali għall-generazzjonijiet ta’ warajna.

    Il-Ministru Bonniċi kkonkluda billi qal li l-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jrid b’mod immedjat jerġa jaqbad ir-ritmu li jfassal l-inventarju nazzjonali tal-wirt kulturali tanġibbli u issa wkoll dak intanġibbli, biex wara jgħaddi għall-pass li jmiss li jfassal politika ċara ta’ kif dan se jitħares u jippreżentah għall-għarfien dinji mill-UNESCO.

    Min-naħa tal-Ministeru, dan il-proġett se jkun immexxi minn Dr Anthony Pace. Il-Ministru Bonnici ħabbar għalhekk, li Joe Magro Conti se jassumi l-kariga ta’ Superintendent tal-Patrimonju Kulturali sa qabel l-aħħar ta’ dan ix-xahar wara perjodu qasir ta’ transizzjoni. Joe Magro Conti għandu esperjenza vasta f’dan il-qasam. Huwa għandu Master’s degree fl-immaniġġjar tal-Wirt Kulturali (Università ta’ York), first degree fl-arkeoloġija mill-Università ta’ Malta, apparti li ilu involut fil-qasam tal-wirt kulturali f’diversi oqsma, u għandu esperjenza vasta wkoll fuq xogħol relatat mal-wirt kulturali, fosthom skavar fuq diversi siti arkeoloġiċi.

    Il-ftehim kien iffirmat mir-Rettur tal-Università ta’ Malta Alfred J. Vella u mis-Segretarju Permanenti Johan Galea f’isem il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0