Impjegata tal-Isptar Mater Dei tisraq żewġ mowbajls u taħbi wieħed minnhom fil-bra

  • Mar 06, 2018 17:13
  • Miktub minn iNews
"

    Mara li taħdem fl-Isptar Mater Dei bħala “phone-operator” kienet ikkundannata tliet snin probation wara li ammettiet li serqet żewġ mowbajls u ħbiet wieħed minnhom fil-bra.

    Alison Mckeown ta’ 38 sena tressqet quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale akkużata b’serq aggravat, misapproprjazzjoni u li saret reċediva. 

    Għalkemm iċ-ċirkostanzi tal-arrest tal-mara ma kinux żvelati fil-Qorti, l-Ispettur Lara Butters spjegat li wieħed mill-mowbajls li kienu nsterqu nstab fil-handbag tal-akkużata mentri l-ieħor instab fil-bra tagħha. Iż-żewġ mowbajls se jkunu rritornati lill-amministrazzjoni tal-Isptar. 

    Il-mara, li għandha problema tad-droga, ammettiet għall-akkużi miġjuba kontriha u kienet ikkundannata tliet snin probation.

    L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għal Alison Mckeown.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0