HSBC f'qagħda eċċellenti biex jappoġġa s-suq tal-proprjetà residenzjali

  • Mar 06, 2018 16:42
  • Miktub minn iNews

    HSBC hu impenjat li jkompli jappoġġja lis-suq tal-proprjetà immobbli f’Malta permezz ta’ firxa kompetittiva ta' self għal djar liema prodotti huma disponibbli mill-fergħat tal-bank. Dan intqal mill-Kap tal-Retail Banking and Wealth Management ta’HSBC Malta, Daniel Robinson, waqt avveniment ta' netwerking għal aġenti tal-proprjetà immobbli li sar fi Spinola Suite tal-Hilton, organizzat mill-HSBC.

    Is-sur Robinson spjega li, fl-2018 in-negozju ried jibni fuq ix-xogħol li kien wettaq fl-2017, li jittratta kemm il-konformità kif ukoll il-kwalità tal-kreditu bħala rekwiżiti importanti għall-appoġġ ta’ suq tal-proprjetà b'saħħtu f'Malta. HSBC qed ikompli bil-ħidma biex itejjeb il-proċessi użati mill-klijenti tiegħu filwaqt li jipprovdi self għad-djar b'rati tassew vantaġġużi fis-suq. "Bħala riżultat tal-ħidma tagħna fl-2017, illum, l-HSBC Malta jinsab f'pożizzjoni eċċellenti biex ikompli jtejjeb il-mod kif naqdu lill-klijenti tagħna aħjar u ngħinuhom jiksbu l-għanijiet personali tagħhom. L-aħjar mod li nagħmlu dan hu li nipprovdu servizz eċċellenti, effiċjenti u simplifikat meta nipproċessaw self għad-djar, flimkien mal-għażla eċċellenti ta' prodotti tagħna," qal is-sur Robinson. "Biex inkomplu nuru l-impenn tagħna lejn is-suq f'Malta, HSBC qed jestendi l-firxa attwali ta' offerti, kif ukoll qed inaqqas, u f'xi każijiet ukoll, ineħħi kompletament l-ħlasijiet relatati mas-self fuq id-dar għal perjodu stabbilit ta' żmien."

    Matul l-avveniment l-ekonomista Dr Gordon Cordina għamel ukoll preżentazzjoni bl-isem ta’ “Ħarsa lejn is-Suq tal-Propjetà Residenzjali f’Malta”.

    "It-tkabbir attwali fil-proprjetà immobbli jidher li hu, fil-parti l-kbira tiegħu, appoġġjat sew minn elementi fundamentali ekonomiċi. Iżda hu meħtieġ investiment fil-kwalità ta’ postijieti residenzjali biex meta niġu għal perjodu fit-tul ta’ żmien tkun evitata il-possibiltà ta’ ‘bużżieqa’ tas-suq," qal Dr Cordina. Hu ppreżenta l-istatistika tas-suq li turi appoġġ lejn il-fiduċja attwali fis-suq tal-proprjetà residenzjali, filwaqt li tagħti dettalji dwar liema huma dawk is-sinjali ta’ twissija li l-ekonomisti dejjem ikunu qegħdin jfittxu. Hu speċifika l-elementi pożittivi tas-suq tal-proprjetà immobbli attwali, ir-rekwiżiti għal suċċess kontinwu, kif ukoll il-potenzjal ta’ riskji li jeħtieġu ikunu ġestiti biex ikun żgurat li s-suq ma jkollux tnaqqis fir-ritmu.

    Wara sessjoni ta’ mistoqsijijiet u tweġibiet, li matulha Dr Cordina u Robinson wieġbu mistoqsijiet mill-aġenti tal-proprjetà, sar riċeviment fejn il-mistiedna kellhom il-ħin li jitkellmu dwar diversi suġġetti relatati mal-proprjetà ma' Robinson u Dr Cordina, kif ukoll ma’ speċjalisti fuq self  għal djar tal-HSBC.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0