HSBC itejjeb is-servizz ta’ Fusion għas-sidien ta’ negozji żgħar

  • Mar 02, 2018 09:43
  • Miktub minn iNews

    Wara t-tnedija b'suċċess f’Malta s-sena l-oħra, issa l-HSBC tejjeb il-proposta ta’ Fusion billi żied għadd ta’offerti ta’ klassi f’servizzi u finanzjament. B’hekk, din l-aktar kampanja riċenti hi maħsuba biex toffri lis-sidien ta’ negozji żgħar aktar ċarezza, appoġġ u pariri ta’ esperti quddiem l-isfidi li jiffaċċjaw ta' kuljum.


    Taħt it-taqsima "Lifeview", il-klijenti eliġibbli jistgħu jibbenefikaw minn numru ta’ servizzi maħsuba biex jiffrankawlhom il-ħin. Din il-proposta tagħtihom aċċess għal bankier speċifiku u toffri ukoll sign-on ta’ darba għall-faċilita’ ta’ online u mobile banking b'xejn, fejn jistgħu jaraw kemm il-kontijiet personali kif ukoll tan-negozju tagħhom.

    Il-klijenti jistgħu ukoll ikollhom aċċess għal xi offerti u prodotti mill-aqwa biex jgħinuhom jimmaniġġjaw il-flus u l-likwidità tagħhom, bħalma huma: imgħax ta’ żero fil-mija fuq overdrafts għal sitt xhur, u rata fissa ta' imgħax ta’4.99% fuq self kummerċjali għal seba' snin.  Jistgħu japplikaw ukoll għall-Karta ta’ Debitu Kummerċjali (Business Debit Card) b'xejn, u jekk iridu għall-Karta ta' Kreditu Kummerċjali (Business Credit Card) li toffri vantaġġi fuq ħlasijiet.

    F'Malta, 97 fil-mija tal-kumpaniji huma kkunsidrati bħala negozji żgħar. Dawn jipprovdu impjieg għal 34 fil-mija ta’ min hu f’impjieg u jikkontribwixxu 25% lejn il-prodott gross domestiku tal-pajjiż. F'Ottubru 2017, Malta saret l-ewwel pajjiż fil-Grupp HSBC li introduċiet Fusion fis-suq. Is-servizz hu mfassal għal sidien ta’ negozji li għandhom dħul ta’  €1 miljun fis-sena, u ħtiġijiet ta’ self sa €100,000.

    Daniel Robinson, Head of Retail Banking and Wealth Management ta’ HSBC Malta, qal: "In-negozji ż-żgħar huma frott ta’ ħidma, motivazzjoni u aspirazzjonijiet personali. Bil-Fusion ridna nagħmlu impenn ċar lejn dan is-suq, li nifhmu l-isfidi li qed jiffaċċjaw, u b'hekk inħolqot il-proposta li tista’ tappoġġjahom. L-offerti li qegħdin inniedu issa, jibnu fuq dan kollu, u joffru lill-klijenti tagħna aktar għażliet u valur."

    Aktar tagħrif dwar HSBC Fusion jinkiseb billi wieħed iżur kwalunkwe fergħa tal-HSBC u jitkellem mal-ispeċjalisti mħarrġa tal-bank, jew permezz tan-numru dedikat għal din il-proposta 2380 2389, jew inkella billi jżur www.hsbc.com.mt/fusion

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0