Muscat: "Irridu nassiguraw li l-SMEs ikomplu jirnexxu"

  • Mar 02, 2018 09:06
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-pajjiż irid jassigura li n-negozji żgħar u medji (SMEs) ikomplu jirnexxu.

    Huwa iddikjara dan waqt li kien qed jindirizza laqgħa fil-Borża ta' Malta organizzata mill-World Federation of Exchanges (WFE).

    Din il-federazzjoni tiġbor fi ħdanha boroż minn diversi pajjiżi u fost dawk li kienu preżenti f'Malta kien hemm rappreżentanti mill-Greċja, il-Kolumbja, it-Turkija, il-Marokk, l-Indja, il-Malasja, il-Ġermanja, l-Indoneżja, il-Ġappun, il-Korea, in-Norveġja u ċ-Ċina.

    Muscat semma kif madwar 70% tan-negozji f'pajjiżna huma mmexxijin mill-familji u rrimarka kif bejniethom jikkontribwixxu għal żewġ terzi tal-ekonomija.

    Huwa saħaq li l-mudell 'one size fits all' żgur ma japplikax għal Malta u kien hawn li saħaq li rridu nassiguraw li l-SMEs ikomplu jirnexxu għall-ġid tagħhom u tal-pajjiż.

    Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern Malti qed jagħti prijorita speċjali biex jagħmel l-ambjent ekonomiku lokali 'business friendly' kemm jista'.

    Huwa rrimarka li ħafna negozji għażlu li jirrilokaw Malta u jinvestu f'pajjiżna għal diversi raġunijiet fosthom l-attitudni 'pro-business' u s-servizzi professjonali, l-infrastruttura u r-riżorsi umani ta' livell.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0