Sentenza mibdula għal Dorianne Camilleri, akkużata bi qtil involontaju

  • Fra 28, 2018 11:16
  • Miktub minn iNews
"

    Għalliema ta’ 35 sena, li kienet ikkundannata ħames snin ħabs u kellha l-liċenzja sospiża għall-istess żmien wara li nstabet ħatja li tajret żewġt’aħwa anzjani u kkaġunat il-mewt ta’ wieħed minnhom, kellha s-sentenza mibdula għal waħda sospiża mill-Qorti tal-Appell.

    Dorianne Camilleri kienet mixlija mill-Ispettur Silvana Zrinzo Azzopardi li fil-31 ta’ Mejju 2011, għall-ħabta tas-2.35 p.m. f’Ħ’Attard, waqt li kienet qed issuq karozza tal-għamla Peugeot 207 ikkaġunat il-mewt ta’ Alfred Zahra mill-Imsida. Hija kienet mixlija wkoll li kkaġunat ġrieħi gravi fuq oħtu Carmela Zahra u li saqet il-vettura bi traskuraġni.

    Zahra miet fit-2 ta’ Ġunju 2011 fl-eta ta’ 64 sena mentri oħtu tant ġarrbet ġrieħi gravi li baqgħet intelletwalment u fiżikament inkapaċi.

    Fis-sentenza tagħha il-Qorti tal-Appell, filwaqt li kkonfermat il-ħtija fir-rigward tal-qtil involontarju ta’ Alfred Zahra, illiberat lil Camilleri f’dak li jirrigwardja l-feriti gravi fuq oħtu. Il-Qorti kkonfermat ukoll li sewqan ta’ Camilleri dakinhar tal-inċident ma kienx wieħed tajjeb.

    Minkejja dan, is-sentenza ta’ ħames snin ħabs ġiet mibdula għal waħda ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sena. Is-sospensjoni tal-liċenzja ta’ ħames snin ukoll kienet mibdula għal sospensjoni ta’ sena.

    L-Avukati Arthur Azzopardi, Stephen Tonna Lowell u Prof. Ian Refalo dehru għal Camilleri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0