F’Marzu tibda l-konsultazzjoni pubblika dwar il-pipeline tal-gass

  • Fra 26, 2018 15:27
  • Miktub minn iNews
"

    F’Marzu li ġej se tibda l-konsultazzjoni pubblika f’Palermo u Gela fi Sqallija, kif ukoll f’Malta, bħala parti mill-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija.

    Il-proġett tal-pipeline tal-gass se jgħaqqad lil Malta man-network Ewropew, u b’hekk ikun possibli li nintegraw mas-suq intern tal-gass tal-Ewropa b’aċċess għall-prezzijiet aktar vantaġġużi. Dan il-proġett mhuwiex importanti biss għal Malta, imma wkoll  għall-Unjoni Ewropea, kif intwera meta reġa’ ġie kkonfermat bħala Proġett ta’ Interess Komuni (PCI) għall-Ewropa f’Novembru li għadda.  Dan jagħmilha possibli li l-proġett jibbenifika minn fondi Ewropej u jiffaċilita l-proċess tal-permessi għall-bini tal-proġett.

    Dawn it-temi ġew diskussi bejn il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u l-Kunsill Lokali ta’ Gela, fi Sqallija, waqt żjara f’Malta li saret mis-Sindku Domenico Messinese, il-Viċi Sindku Siciliano Simone, u minn membri oħrajn tal-kunsill lokali.

    Waqt din iż-żjara, fejn id-delegazzjoni kellha l-opportunità żżur il-powerstation ta’ Delimara, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li r-relazzjonijiet li żviluppaw matul is-snin ġabu benefiċċji għaż-żewġ gżejjer, kemm f’dak li huwa kummerċ, kultura, u turiżmu, u kif qed naraw issa, anke fl-infrastruttura.

    Huwa qal li żjara bħal din issaħħaħ dawn ir-relazzjonijiet u hija opportunità tajba biex dan il-proġett jiġi diskuss iżjed fid-dettall. Barra minn hekk, jingħata wkoll lok għal relazzjonijiet oħrajn fil-futur.

    Tajjeb li wieħed ifakkar li f’Jannar, il-Kummissjoni Ewropea approvat aktar fondi li jammontaw għal €3.7 miljun għall-istudji kollha li jmiss fis-sentejn u nofs li ġejjin. Dawn l-istudji jinkludu dawk ambjentali (EIA) li jridu jsiru f’Malta u fi Sqallija, survey marittimu dettaljat tar-rotta kollha tal-baħar b’tul ta’ 151 kilometru, l-istudji tekniċi dettaljati tad-disinn tal-infrastruttura kollha neċessarja (front-end engineering design), kif ukoll l-istudji finanzjarji.

    Matul iż-żjara tal-Kunsill Lokali ta’ Gela, ir-rappreżentanti kollha qablu li b’rieda tajba miż-żewġ naħat, ‘il quddiem jistgħu jsiru skambji u attivitajiet għall-benefiċċju taż-żewġ lokalitajiet.

    Daniel Azzopardi, mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, qal li x-xogħol tekniku fuq il-pipeline għaddej u li l-fondi bdew jintużaw. Għaddej ukoll xogħol diplomatiku ma’ Ruma, Palermo, u ma’ Gela, u ż-żjara tal-Kunsill Lokali ta’ Gela f’Malta serviet biex ikun hemm tqarrib bilaterali fuq livell reġjonali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0