The Shoreline ifittex kuntrattur ewlieni għall-akbar proġett privat ta’ żvilupp f’Malta

  • Fra 26, 2018 14:56
  • Miktub minn iNews

    The Shoreline, żvilupp ewlieni propju fuq il-kosta fil-lvant ta’ Malta, qed ifittex li jaħtar kuntrattur ewlieni biex iwettaq id-disinn u l-bini ta’ dan il-proġett li jiswa €200 miljun.

    L-istedina f’Jannar 2018 ġibdet l-attenzjoni kemm ta' kumpaniji tal-inġinerija bbażati f'Malta kif ukoll ta’ oħrajn internazzjonali li jinkludu kumpanniji ewlenin ta’ konsulenza u tal-kostruzzjoni. L-iżviluppatur, The Shoreline Residence Ltd., kien ikkuntattjat minn numru sostanzjali ta’ kandidati li jixtiequ jintgħażlu permezz ta' proċess ta’ kwalifikazzjoni li jintuża fl-industrija tal-bini. Dan il-proċess jeżamina lil dawk li jkunu se jitfgħu offerti, kemm dwar il-kapaċità tagħhom li jwettqu proġetti ta’ dan il-kobor, kif ukoll jikkunsidra l-istandards ta' kwalità, l-ambjent, is-saħħa u sigurtà waqt il-ħidma fuq proġett.

    Il-kuntratt jagħmel sejħa għad-disinn u l-bini ta’ madwar 400 appartament ta' lussu kompluti flimkien ma’ shopping mall, ċentri ta’ rikreazzjoni u amenitajiet oħra, u b'hekk se jkun l-akbar proġett privat ta' bini f'Malta s'issa. Il-kuntrattur ewlieni mistenni jwassal biex il-proġett jitlesta kollu f’daqqa fi żmien stipulat. Il-kriterji ewlenin tal-għażla, skont l-iżviluppatur tal-proġett, The Shoreline Residence Ltd., huma l-esperjenza, l-aċċertament ta’ riżorsi, kif ukoll kemm il-proġett jista’ jitwettaq malajr.

    Id-direttur maniġerjali ta’ The Shoreline Residence Ltd., Steve Carter, qal: "Qed nidħlu f'fażi interessanti ħafna fl-iżvilupp ta' The Shoreline, hekk kif qed nippreparaw biex naħtru kumpaniji li se jingħaqdu magħna f'dan l-impenn kbir biex noħolqu l-ewwel destinazzjoni ta’ stil ta’ ħajja integrata f’Malta.  Din l-istedina hi opportunità kbira għal dawn il-kuntratturi biex jipparteċipaw, jew jingħaqdu f'konsorzji ma’ kuntratturi internazzjonali kbar ħalli jfasslu u jibnu kumpless residenzjali ġdid komplut b'shopping mall u faċilitajiet ta’ parkeġġ taħt l-art."

    Dan l-iżvilupp ta’ użu mħallat hu maħsub biex joħloq destinazzjoni ta’ ħajja interessanti fi SmartCity Malta, billi joffri taħlita varjata ta' residenzi ta’ 1, 2 jew 3 kmamar tas-sodda li jgawdu veduti spettakolari, spazji miftuħa u kkultivati, u għażla ta' amenitajiet komunitarji. Dawn l-appartamenti jgawdu minn status ta’ Special Designated Area (SDA), u jikkonformaw kompletament mal-parametri tal-Masterplan approvat fl-2008 għal SmartCity Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0