ARA: Liema huwa l-aktar mexxej fdat?

  • Fra 25, 2018 09:49
  • Miktub minn iNews
"

    Fiduċja fil-mexxejja

    L-istħarriġ tratta ukoll il-fiduċja bejn il-mexxejja, fejn meta dawn intervistati  lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li  jafdaw f’Malta, 47.2% qalu lil Joseph Muscat waqt li kien hemm 22.9% fil-mija li qalu li jafdaw l-aktar lil Adrian Delia.

    Minn dan l-istħarriġ joħroġ li fost il-votanti tal-Partit Laburista, dawn kollha qalu li jafdaw l-aktar lil Joseph Muscat.

    Fost il-votanti tal-Partit Nazzjonalista, 72.5% li qalu li jafdaw l-aktar lil Adrian Delia, 10.3% qalu Joseph Muscat, 2.6% irrifjutaw li jiwieġbu, 13.7% huma indeċiżi u 0.9% qalu oħrajn.

    Min hu l-aqwa mexxej f’Malta biex ikun Prim Ministru?

    Meta mistqosijin  liema hu l-aqwa mexxej f’Malta biex ikun Prim Ministru, 47.5% qalu Joseph Muscat, 22.6% qalu Adrian Delia, 16.2% ma weġbux, 11.9% qalu li ma jafux, 0.6% qalu li ħadd u 1.1% qalu oħrajn.

    L-istħarriġ

    Dan l-istħarriġ sar minn Sagalytics  sar bejn it-12 u l-20 ta’ Frar ta’ din is-sena permezz tat-telefon. Il-kampjun miġbur kien dak ta’ 600 b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±4% fost dawk in-nies ta’ età minn 18-il sena ‘l fuq.  Sagalytics topera fl-oqsma tar-riċerka u data xjentifika. Il-fundaturi tagħha jaqsmu passjoni u l-viżjoni għall-użu tar-riċerka biex jiġi faċilitat il-fehim tas-soċjetà, jgħin organizzazzjonijiet jiżviluppaw u biex jgħinu lin-negozji jikbru. L-għan globali huwa li jgħin lill-klijenti tagħna jżidu l-użu tad-data u informazzjoni oħra. Huwa twemmin tagħna li meta jagħmlu hekk nistgħu noħolqu fehim aħjar tal-kuntesti soċjali, ekonomiċi, politiċi u ambjentali fil-livelli kollha sew lokali, nazzjonali jew globali.

    F’dan l-istudju intuza il-metodu tal-istratified random sampling ukoll. B’hekk il-kampjun migbur kien imqabbel b’mod preciż mal-etajiet tan-nies f’Malta,id-distretti u kif ukoll is-sess tagħhom.

    F’dan l-istudju qiegħed jintuża l-metodu tal-Multiple Imputation Technique biex wieħed ibassar dawk li irrifjutaw li jwiegbu x’kienu jwiegbu li kieku wieġbu għall-mistoqsija dwar l-elezzjoni ġenerali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0