Xagħra Rocks f’Awwissu

  • Lul 24, 2012 12:41
  • Miktub minn

    Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, bil-kollaborazzjoni tal-Body Art Dance Group, se jorganizza attività kulturali bl-isem ‘Xagħra Rocks... Sacred or Profane?’. Din l-attività se tittella’ fi Pjazza l-Vitorja is-Sibt 11 ta’ Awwissu mit-20.30 ‘il quddiem.

    L-attività se tinkludi show professjonali ta’ dwal, sound u żfin mill-Body Art Dance Group b’koreografija ta' Angelo Bonello. Is-show se jinvolvi wkoll numru kbir ta’ tfal, adoloxxenti, żgħażagħ u nies adulti mix-Xagħra li flimkien ingħaqdu f’tim wieħed biex jagħtu spettaklu mill-aqwa lil dawk kollha li se jattendu. Il-biljetti għall-postijiet fil-pjazza huma b’xejn u jistgħu jinkisbu mill-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00 u s-14.00.

    Dawk li jixtiequ jsegwu dan is-show waqt li jieklu mir-restorants li hemm fil-pjazza tax-Xagħra jistgħu jakkwistaw il-biljetti għall-prezz ta’ €30 kull persuna mis-sidien tar-restorant preferut tagħhom.

    Wara li tintemm is-show tal-Body Art Dance Group, se jkun hemm kunċert mużikali minn Cash & Band u spettaklu mużikali ieħor fil-pjazza. Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra qiegħed iħeġġeġ lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kultura biex jakkwistaw il-biljetti tagħhom u jattendu għal dan l-avveniment uniku f’Għawdex!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook