inewsmalta.com



Il-bdiewa kuntenti bix-xita li għamlet fi tmiem il-ġimgħa

  • Fra 14, 2018 09:07
  • Miktub minn iNews

    Bejn id-9.00 a.m. tal-Ġimgħa u d-9.00 a.m. tas-Sibt kien reġistrat l-akbar ammont ta’ xita fi Frar f’dawn l-aħħar 80 sena; din kienet ukoll it-tmien l-aktar ġurnata li fiha qatt niżlet xita…

    Wara Xitwa pjuttost niexfa, x-xita li għamlet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienet bħal barka fis-sema. Għal ħafna bdiewa, fosthom Gloria Camilleri li tieħu ħsieb razzett fiż-Żebbiegħ limiti tal-Imġarr, ix-xita li għamlet u l-mod kif niżlet kienu kuntenti biha għax “il-ħamrija kellha bżonnha”.

    Jirriżulta li x-xita fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt li għadda laħqet il-124.22mm hekk kif jidher hawn: il-Ġimgħa 9 ta’ Frar niżlet 43.2mm ta’ xita waqt li s-Sibt 10 ta’ Frar niżlet 81.0mm ta’ xita.

    Kelliema għall-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qaltilna li x-xita rrekordjata f’perjodu ta’ 24 siegħa (mid-9.00 a.m. tal-Ġimgħa sad-9.00 a.m. tas-Sibt) kienet dik ta’ 117mm.

    Dan jagħmilha l-iktar ġurnata li fiha niżlet xita fi Frar f’dawn l-aħħar 80 sena. Skont ir-rekords tal-Uffiċċju Meterjoloġiku, din jagħmilha wkoll it-tmien l-aktar ġurnata li fiha qatt niżlet xita. 

    Tant għamlet xita f’dawn il-jumejn, li Wied il-Qlejgħa jew kif inhu magħruf aħjar iċ-Chadwick Lakes, far bix-xita.

    Sadanittant, fil-kummenti li tatna, Gloria Camilleri qaltilna li ħames snin ilu tilfet lil missierha u xtaqet li hi żżomm ir-razzett tiegħu. Iddeċidiet li tikkonverti r-razzett f’wieħed ta’ prodotti organiċi u llum il-ġurnata r-razzett huwa “certified organic.” 

    Filwaqt li esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għax-xita li għamlet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, hi ddeskriviet l-ilma tax-xita bħala wieħed li fih aktar minerali mill-ilma komuni.

    Żiedet tgħid li, “f’dawk il-jumejn għamlet xita daqs Frar kollu. Ovjament ridna naraw li l-ġibjuni tal-ilma jkunu lesti biex jilqgħu għax-xita ħalli nużawha aktar tard. Tieħu gost ukoll bix-xita li għamlet għax is-siġar għandhom bżonn ammont ta’ ilma li jrid jinżel fil-ħamrija aktar fil-fond.” 

    Min-naħa l-oħra tenniet li minħabba n-nuqqas ta’ xita, l-bdiewa ġew affettwati u tilfu ħafna mid-dwieli tagħhom u anke frott taċ-ċitru. 

    Mistoqsija jekk il-fatt li għamlet ħafna xita għamlitilhomx ħsara, Gloria Camilleri qalet li, “x-xita ġieli tgħerreq xi għelieqi. Fil-każ tagħna ma jidhirx li kien hemm ħsarat għax l-għelieqi huma mtarrġin u l-ilma bħal donnu mexa.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook