José Mourinho stqarr li jixraqlu unur għall-aħjar imġieba fil-pitch

  • Fra 13, 2018 12:00
  • Miktub minn iNews

    Il-coach ta' Manchester United,José Mourinho, stqarr li jixraqlu li jirbaħ il-premju għall-imġieba tiegħu fil-pitch.

    Il-coach Portugiż intbagħat fl-stands kemm-il darba matul il-karriera tiegħu wara nuqqas ta' ftehim mar-raba' uffiċjal.

    Mourinho qal li hu biddel l-imġieba tiegħu u l-mod kif iħossu, għalhekk hu sar l-aktar coach tal-Premier League b'imġieba tajba.

    "Ninsab impenjat biex nirbaħ dan l-unur din is-sena bħala l-aktar coach b'imġieba tajba fil-pitch," qal Mourinho.  

    “Qed ngħid dan b'serjetá ... qed nipprepara lili nnifsi ... u ninsab kuntent. “M’inix nitlef it-tempra  u l-kontroll fil-partita. 

    “Hemm diversi unuri - il-coach tax-xahar u oħrajn, iżda jmisshom jagħtu premju lil dak il-coach bl-aktar imġieba tajba fil-pitch u r-raba' uffiċjal għandu jivvota għal dan l-unur. Ninsab ċert li nkun jien li nirbaħ dan l-unur."

    Mourinho tkeċċa darba biss f'dan l-istaġun fir-rebħa ta' 1-0 kontra Southampton, nhar it-23 ta' Settembru. Huwa kien qabeż il-linja assenjata lilu fl-aħħar sekondi tal-partita hekk kif ipprova jinkoraġixxi lill-players biex iżommu l-pożizzjoni tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook