inewsmalta.com



ARA: Il-Kaptan: “F’żewġ minuti ħadna tisbita mal-blat. Kienet tempesta fuq il-baħar u l-mewġ kien tal-biża’”

  • Fra 13, 2018 10:25
  • Miktub minn iNews

    “Kollox seħħ f’ħakka t’għajn. F’temp ta’ żewġ minuti, minn fejn konna ankrati spiċċajna b’tisbita kbira mal-blat.” Irrakonta dan ma’ Inewsmalta l-Kaptan tal-vapur irreġistrat it-Togo li nkalja mal-blat nhar is-Sibt li għadda Joynal Abedin. 

    Il-Kaptan tal-vapur ‘Hephaestus’ li huwa mill-Bangladesh ilu jbaħħar għal dawn l-aħħar 15-il sena u stqarr magħna li l-inċident tas-Sibt kien l-ikrah ta’ ħajtu. Qalilna li fuq il-baħar kien għaddej ċiklun u l-mewġ kien tal-biża’. Spjegalna li kollox beda ftit wara s-6.30.a.m. meta ħassew il-vapur jinġarr mall-kurrent u f’temp qasir ta’ żewġ minuti spiċċaw ħabtu mal-blat. 

    Qalilna li għalkemm il-magni kienu mixgħula fuq standby, ma kellux ċans li jsuq il-vapur peress li jridu jagħddu madwar kwarta biex jaħdmu l-magni. Mistoqsi x’se jiġri qalilna li filwaqt li jirringrazzja lill-awtoritajiet Maltin ta’ dak kollu li għamlu magħhom, kull ma jixtieq hu li jmorru lura d-dar kemm jista’ jkun malajr.

    Il-kaptan fl-inċident weġġa’ spalltu u spiċċa wkoll l-isptar Mater Dei fejn ingħata l-kura. “Ma nistax nemmen li f’ħin qasir spiċċa kollox u ħbatna mal-blat” temm il-kaptan.

    Paul Falzon: Qed nistennew is-sidien jagħmlu l-obbligu tagħhom u jħallsu l-pagi dovuti lill-baħrin.

    Sadanittant dan il-ġurnal talab ukoll għar-reazzjoni ta’ Paul Falzon li huwa r-rappreżentant tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Trasport (ITF) li hija affiljata mill-general Workers Union (GWU). 

    Falzon spjegalna li l-ekwipaġġ tal-vapur li huma mill-Bangladesh, l-Eġittu u r-Russja għandhom jieħdu salarji ta’ madwar tliet xhur u s-sid ilu ħafna jwiegħed li se jħallashom u għadu qatt ma ħallas. 

    Saħaq li dawn qed jistennew li jitħallsu biex ikunu jistgħu imorru lura lejn pajjiżhom. Spjega li dawn tpoġġew fiċ-ċentru tal-baħħara li sar b’kollaborazzjoni bejn il-knsija, l-gvern kif ukoll tal-ITF stess bl-għajnuna tal-GHRC u Transport Malta. 

    Paul Falzon sostna li dawn tpoġġew kollha f’post wieħed u offrew l-għajnuna lill-baħħara biex b’hekk jiġu ffrankati ħafna flus minn fuq l-aġent, pero qed jistennew li s-sidien tal-vapur iħallsu lil dawn il-baħħara biex imorru lura d-dar.

    Falzon saħaq li għad m’hemm l-ebda tweġiba mingħand is-sidien dwar il-pagi dovuti. Temm jgħid li l-ITF qed tistenna biex dawn jagħmlu l-obbligu tagħhom skont il-kuntratti u jħallsu l-pagi dovuti u jirripatrijaw il-baħrin.

    Il-Kappillan tal-Port jappella għal donazzjonijiet tal-ikel għall-baħħara

    “Din kienet dar li tmiss mal-Knisja ta’ Liesse fejn qabel kienet isservi ta’ maħżen għall-affarijiet tal-knisja. Konna nitfgħu twapet, gandlieri u bosta affarijiet tal-knisja. Din inbidlet f’ċentru għall-baħħara li jsibu ruħhom f’diffikultà waqt li jkunu fl-ibħra Maltin.” Hekk stqarr magħna Fr Joe Borg fi żjara li għamilna proprju f’dan iċ-ċentru.  

    Il-Kappillan tal-Port u Rettur tal-Knisja ta’ Liesse, li jmexxi dan iċ-ċentru stqarr li għalih din kienet ħolma li ġietu l-idea tagħha meta kien jiltaqa’ ma persuni oħra barra minn Malta li jagħmlu l-istess xogħol. Sostna li dawn kollha għandhom xi post bħal dan u hawn ma kellniex.

    Fr Borg spjega li fiċ-ċentru jiġu l-baħħara jiġu jistgħu jirrikrejaw ruħhom u wkoll meta jkollhom problemi mediċi u l-vapur jitlaq jistgħu joqogħdu għal tant ġranet u jkollhom il-kumdità kollha. Qal li jekk ikun hemm każijiet iebsin anke jkollhom jiġu tal-familja huma lesti wkoll li jilqgħuhom.

    Il-Kappillan tal-Port qal li fiċ-ċentru tal-Baħħara jistgħu joqogħdu għal żmien temporanju sa seba’ baħħara sakemm jinqatgħulhom il-biljetti biex imorru lura pajjiżhom. Fr Borg saħaq li mhux qed isibu l-ebda kollaborazzjoni mingħand l-aġenti Maltin u l-baħrin qed jingħataw x’jieklu grazzi għad-donazzjonijiet tal-qalb tajba tal-Maltin.

    Fr Joe żied jgħid li l-problema tant hija serja u ma jafux kif se tispiċċa, għax dawn il-baħrin tilfu kważi kollox u milli jista’ qed jipprovdilhom kemm jista’ jkun affarijiet. 

    Saħaq li għalkemm ipprovdilhom saqaf fuq rashom, pero l-problema tibqa dik ta’ nuqqas ta’ ikel u ħwejjeġ. Il-Kappillan filwaqt li xtaq jirringrazzja lil dawk kollha li diġa taw l-għajnuna tagħhom, appella għal aktar donazzjonijiet mingħand il-pubbliku. 

    Mistoqsi dwar x’qed jitolbu, qalilna li jixtiequ doazzjonijiet ta’ affarijiet essenzjali ta’ kuljum, bħal ross, għaġin, bottijiet taz-zalza u ilma kif ukoll prodotti biex wieħed jinħasel bihom. 

    Dawk kollha li jixtiequ jagħtu xi donazzjonijiet huma mitluba li jiħduwhom fiċ-Ċentru tal-Baħħara li jinsab prorpju biswit il-knisja f’Ta’ Liesse, il-Belt Valletta jew iċemplu lill-Fr Borg fuq 99879947.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook