Andrea Cassar: “Il-vapur jista’ jieħu t-tul biex jitneħħa” … L-iktar importanti huma s-sigurtà tal-ekwipaġġ, tal-vapur u tal-ambjent

  • Fra 13, 2018 07:53
  • Miktub minn iNews

    “Il-vapur jista’ jieħu t-tul biex jitneħħa minn hemm. Il-kumpanija tagħna bħalissa qed tassikura li jibqa’ fejn hu u ma jiċċaqlaqx biex ma ssirx aktar ħsara.” Spjegat dan lil dan il-ġurnal il-Kap Eżekuttiv ta’ Cassar Ship Repair Andrea Cassar, il-kumpanija  li ġiet appuntata fis-salvagwardja u tiswija tal-vapur.

    Cassar qaltilna li l-operazzjoni mhix faċli daqs kemm wieħed jaħseb. Sostniet li l-ħaddiema tagħhom kienu mill-ewwel fuq il-post għal kull eventwalità. Qaltilna li mal-impatt ma sar l-ebda sfreġju ambjentali u ma nħareġ l-ebda żejt minnu. Saħqet li jekk jiġri dan, għandhom diġa tim ta’ nies fuq il-post esperti fi tneħħija ta’ żjut mill-baħar.

    Andrea Cassar żiedet tgħid li l-ewwel irid isir studju u analiżi ta’ x’tip ta’ ħsara hemm f’qiegħ il-vapur. Qalet li sfortunatament l-operazzjoni ma tistax tibda fil-mument minħabba l-maltemp kbir li hemm fuq il-baġħar li mistenni jibqa’ sejjer tul din il-ġimgħa. Sostniet li qabel jikkalma l-baħar ma jista’ jiba xejn kemm għas-sigurtà tal-għaddasa kif ukoll għas-sigurtà tal-vapur stess.

    Il-Kap Eżekuttiv qalet li bħalissa qegħdin isiru bosta laqgħat biex ikun stabbilit kif se jsir il-pjan biex jinqala l-vapur. Tenniet li l-operazzjoni tista’ tieħu ż-żmien minħabba l-gravità tal-inċident. Spjegat li l-operazzjoni hija waħda perikoluża li trid issir b’kawtela. Qalet li l-proċess huwa wkoll li jiġi studjat il-qiegħ tal-vapur biex jiġi stabbilit kif inhu mwaħħal il-vapur mall-moll. 

    Cassar spjegat li dan mhux l-ewwel każ li qed jaħdmu ta’ salvataġġ ta’ vapur għax is-sena li għaddiet kienu wkoll tellgħu dgħajsa li kient għerqet fil-Port il-Kbir. Għalkemm ma tatna l-ebda indikazzjoni dwar kemm tista tieħu żmien operazzjoni bħal din, sostniet li l-ispiża tista’ titla għal eluf ta’ ewros.

    Il-Kap Eżekuttiv  spjegat ukoll li għalkemm għandhom l-approvazzjoni tas-sidien, xorta trid issir evalwazzjoni mal-kumpanija tal-assikurazzjoni tagħhom. Qalet li hemm ħafna xogħol li jrid isir u mhux kemm taqbad u tiġbed il-vapur il-barra.

    Cassar żiedet tgħid li kif jinqala l-vapur, imbagħad dan jiġi rmunkat lejn il-baċir tal-kumpanija fil-Marsa biex meta jitneħħa l-ilma tal-baċir, l-esperti jkunu jistgħu jeżaminaw il-qiegħ biex jaraw x’tip ta’ ħsara li saritlu. Qalet li f’dan l-istadju huwa nteressanti ħafna u x-xogħol kollu jsir minn esperti Maltin li skont hi tant huma kapaċi fil-qasam marittimu li kumpaniji barranin jitolbu s-servizz tagħhom ta’ spiss. Temmet tgħid li l-ħaddiema Maltin dejjem impressjonaw lill-barranin anke lil bosta diretturi ta’ films Amerikani.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook