Il-President tal-Filippini jordna lis-suldati jisparaw lin-nisa fil-parti ġenitali tagħhom f'battalja dejjem aktar tiħrax kontra d-droga

  • Fra 12, 2018 19:17
  • Miktub minn iNews

    F’dawk li qed jitqiesu bħala rapporti mill-aktar axokkanti, il-President tal-Filippini allegatament ta ordni speċifika lis-suldati biex jisparaw lil nisa ribelli direttament fil-parti ġenitali tagħhom. Ir-rapporti qed jgħidu li r-raġuni wara din l-ordni hija li huwa qal li n-nisa mingħajr il-ġenitali tagħhom huma bla użu.

    Qed ikun rapportat li l-President Rodrigo Duterte għadda dawn il-kummenti meta kien qed jindirizza lil grupp ta’ eks-ribelli komunisti nhar l-Erbgħa li għadda. Għalkemm il-kelma speċifika li tirreferi għall-parti ġenitali tal-mara mhijiex imniżżla fit-traskrizzjoni uffiċjali tal-gvern, l-udjenza laqgħet il-kumment b’ċapċip u daħk.

    Fl-istess diskors huwa kkritika wkoll lir-ribelli nisa li jifformaw parti min-New People’s Army, u ordna lill-militar tiegħu biex joqtlu lil kull min huwa membru ta’ din l-organizzazzjoni, raġel jew mara.

    Duterte attwalment jinsab taħt investigazzjoni mill-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-gwerra tiegħu fuq id-drogi, liema battalja rat mal-4,000 persuna jinqatlu f’eżekuzzjonijiet mindu ħa l-poter f’idejh f’Ġunju tal-2016.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook