Tisparixxi lejliet li kellha tiġi Malta

  • Lul 24, 2012 09:28
  • Miktub minn

    Carole Waugh sparrixxiet mill-flat tagħha f'Londra, lejliet li kellha tiġi Malta fejn kellha tibda impjieg ġdid, f'Mejju li għadda. Waugh hija miljunarja li għamlet żmien taħdem fl-industrija taż-żejt u dik finanzjarja.

    Il-pulizija Ingliżi qegħdin jibżgħu li setgħet inħatfet jew inqatlet. Erba' rġiel u żewġ nisa ġew arrestati fuq dan il-każ. Huma ġew arrestati fuq suspett ta' fraudi u ħtif. Minnhom raġel għadu jinżamm arrestat, filwaqt li l-oħrajn ngħataw ħelsien mill-arrest.

    Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li mijiet ta' eluf ta' sterlni ttieħdu mill-kontijiet bankarji tagħha u l-karti ta' kreditu tagħha intużaw biex inxtraw oġġett minn Westfield Centre f'Londra.

    Waughn mhix miżżewġa u għamlet xi żmien taħdem il-Libja. L-aħħar li dehert kien fl-4 ta' Mejju li għadda. Il-familjari tagħha qalu li hi qatt ma ġabet ruħha b'dan il-mod u li kienet iċċemplilhom madwar tlieta jew erba' darbiet fil-ġimgħa u għalhekk huma ċerti li ġralha xi ħaġa ħażina.

    Il-Pulizija Ingliża qed taħdem fuq l-ipotesi li din setgħet inħatfet biex jittieħdu l-flus mingħandha fosthom billi jġagħluha tagħti n-numri tal-PIN tal-karti ta' kreditu tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0