Il-Parlament jibda jiddiskuti liġi dwar il-produzzjoni tal-kannabis għal użu mediċinali f’Malta

  • Fra 07, 2018 17:35
  • Miktub minn iNews

    Il-Parlament beda jiddiskuti l-abbozz ta’ liġi dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għall-Użu Mediċinali. L-Abbozz tressaq mil-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona.   L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Att huma sabiex jippermettu l-produzzjoni industrijali lokali ta' prodotti tal-kannabis għal-użu mediċinali f’ambitu ikkontrollat u taħt superviżjoni.

    L-abbozz ta’ liġi jgħid li “kull persuna li għandha l-intenzjoni li twettaq xi attività  għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att. Din trid  tikseb ittra ta' intenzjoni mill-Intrapriża ta' Malta wara li tagħmel applikazzjoni fuq il-formula preskritta. L-Intrapriża ta' Malta għandha taċcerta ruħha illi l-attività proposta hija waħda esklussivament ta' proċess ta’ produzzjoni.  Din trid ukoll tikkonforma mar-regolamenti kollha applikabbli, inkluż obbligi internazzjonali li jirriżultaw min trattat li għalih Malta tista’ minn żmien għal żmien tkun firmatarja, applikabbli skont il-każ”.

    L-abbozz jgħid ukoll li  l-awtorità regolatorja għandha twettaq moniteraġġ u tirrevedi l-operazzjoni relevanti ta’ stabbilimenti sabiex taċċerta ruħha li kull operat li jkun qed iseħħ taħt dan l-Att ikun qed jitwettaq skont id- dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’konformità ma’ kull deċiżjoni legalment meħudha taħt dan l-Att u kull liġi oħra relevanti u kurrenti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0