Ir-rabta Maltija ma' Sinbad

  • Lul 24, 2012 09:07
  • Miktub minn

    Ftit ġranet ilu, fuq l-istazzjon televiżiv Sky, bdiet tintwera sensiela televiżiva ġdida bl-isem ta' Sinbad. Din il-produzzjoni ngħatat pubbliċità kbira u ntlaqgħet tajjeb ħafna mit-telespettaturi. Ħafna mill-ġbid ta' din is-serje sar f'Malta, imma din mhix l-uniku rabta li hemm bejn Sinbad u Malta.

    Waħda mill-partijiet ewlenin f'din is-sensiela dik ta' Rina qed tinħadem minn Marama Corlett. Corlett attriċi Maltija li għal dawn l-aħħar seba' snin għexet Londra. Is-sena li għaddiet Corlett reġgħet Malta għall-ġbid tta' din is-sensiela.

    Corlett diġà ħadmet ma' ismijiet kbar fix-xena ċinematografa fosthom ma' Keira Knightley. Wieħed mill-aktar films kbar li ħadmet fihom u li kien anke debutt għaliha f'din id-dinja kien The Devil's Double, li wkoll partijiet minnu nġibdu Malta.

    Sky investew madwar £14 miljun f'din is-sensiela li mistennija tikseb suċċess kbir.

    F'Malta Corlett ġiet wiċċ'imb wiċċ ma waħda mill-akbar biżgħat tagħha, il-biża' li tgħodos. Meta kienet żgħira, Corlett kellha inċident żgħir fil-baħar u minn dak in-nhar kellha biża' li tgħodos. Imma bl-għajnuna ta' nies esperti rnexxielha taħdem dawn ix-xeni li huma meqjusa bħala uħud mill-aktar xeni drammatiċi f'din il-produzzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 24, 2012

    Toghdos u mhux tghodos. Bir-rispett kollu ta. Ara ma tahsibx li biex nikkritika!

    Irrispondi
  •  

Facebook