Il-frodi fl-ARMS: Persuni oħra investigati

  • Mar 30, 2013 17:20
  • Miktub minn

    Fl-aħħar sigħat il-pulizija ssoktat bl-investigazzjoni tagħha b’rabta ma’ miżaproprjazzjoni ta’ fondi fl-ARMS. Persuna mlaħħqa kienet qiegħda tieħu l-flus tal-klijenti biex tħallas kontijiet tagħha u ta’ persuna oħra u ta’ dan kienet tirċievi ħlas. Persuni midħla tal-investigazzjoni spjegaw ma’ inewsmalta.com kif fl-aħħar sigħat l-investigazzjoni fetħet fuq żewġ persuni oħra li jista’ jkollhom rabta ma’ dan il-każ.

    Dan il-każ ta’ allegat miżapproprijazzjoni ta’ fondi fi ħdan il-kumpanija Arms LTD irriżulta fl-aħħar jiem u tressaq b’mod immedjat għand il-Kummissarju tal-Pulizija. Dwar dan ħareġ stqarrija l-Ministeru tal-Enerġija. L-allegat miżapproprijazzjoni ta’ fondi jmur lura għal dawn l-aħħar xhur u fi stqarrija, il-Ministeru responsabbli mill-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma qal li huwa infurmat li minn naħa tagħha l-kumpanija Arms LTD issospendiet lil dan l-impjegat b’effett immedjat u ordnat lill-impjegat jirritorna lura affarijiet li huma proprjetà tal-kumpanija.

    Din il-ġimgħa ġiet ikkummissjonata review biex jiġi rivedut l-operat tal-kumpanija Arms LTD, il-proċessi interni u l-kontrolli tal-kumpanija u l-livelli ta’ servizz ta’ Customer Care biex dawn ikunu jistgħu jiġu mtejba għal ġid tal-konsumaturi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 11

  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    ekk sew eee u jiena il kont sa 1c il tih viva malta ubat xiex kont ta vera eee il dar ara ve

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    nispera li min ha il flus jiehu ta ghemilu u il customer care trid jkun efficjienti mux ihalluk fuq il linja bhal animal

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Hemm bzonn li jekk hu possibli, jigu riveduti il-kontijiet kollha li hargu minn certu perijodu 'lhawn biex jigi accertat li min hallas izjed jinaghata flusu lura. U min baghabas, ihallas ta' ghemilu!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Il-Per. Seg, ghandhom jiehdu azzjoni biex jinbidlu immedjadament impjegati min bosta ufficini governattivi f'Malta u Ghawdex. Matul l-imperu ta' Conzipn certu impjegat

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Darba wahda Dr.L.Gonzi kien qal fuq xarabank li xi hadd kien qed jigieh il kont ta arms. 0. Tiftakruha ....u mhux minn halqna nieklu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Prosit lill-Ministeru tal-Enerġija li ordna lill-dan l-impjegat jirritorna lura affarijiet li huma proprjetà tal-kumpanija. Hekk g

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 31, 2013

    Missu m'hemx bzonn li jinbiddlu certu nies minn certu postijiet tax-xoghol ukoll! Dawn in-nies ghandhom jaghmlu tajjeb ghan nies li serqu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 31, 2013

    qed taraw ghaliex tal

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 31, 2013

    Meta jien xhur ilu rrapportajt manager li kien KORROTT,xi gurnalisti qaluli li qeghdin attenti moill-libell, u qaluli lijien qed nisserva bihom biex n

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 31, 2013

    @ INEWSMALTA ritrati u ismijid ta dawn il halilin pls

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 01, 2013

    iIEMA PERSUNA DISABLED U MA NISTGHAX IMMUR NIKKOMPLEJNA ILI INH

    Irrispondi