Niġġudikaw bir-riżultati

  • Mar 30, 2013 16:48
  • Miktub minn

    Fil-jiem li ġejjin nistennew li l-gvern iħabbar min se jkunu l-persuni li jmexxu u jpoġġu fuq diversi bordijiet pubbliċi. Bordijiet li jmexxu awtoritajiet, korporazzjonijiet jew aġenziji li għandhom rwol importanti fis-soċjetà tagħna. Fuq kollox għandhom impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Diġà bdejna nisimgħu xi ismijiet (uħud żvelajnihom aħna), u m'hemmx dubju li għal kull isem se jkun hemm reazzjonijiet imħallta. Fuq kollox, il-Malti jgħid, mitt bniedem mitt fehma.

    Anke aħna għandna l-opinjoni tagħna. Iżda, nemmnu li f'dan l-istadju ma jagħmilx sens li noqogħdu nagħmlu xi eżami ta' kull persuna nominata. Wara kollox iż żmien se jagħtina parir jekk għażla tkunx tajba jew le. Irridu niġġudikaw bir-riżultati u mhux bl-ismijiet.

    Li hu ċert huma tlett affarijiet:

    L-ewwel: min falla fl-aħħar snin m'għandux postu iktar fit-tmexxija tal-pajjiż. Jattakkawna kemm jattakkawna se nibqgħu nisħqu li min wassal għal falliment f'diversi oqsma jerfa' r-responsabbiltà, iwieġeb għal għemilu u jwarrab.

    It-tieni: il-kunċett Malta Tagħna Lkoll ifisser li nies ta' ħila ġejjin minn fejn ġejjin jingħataw kull ċans. Donnu hawn min irid iġagħlna nemmnu li mertikorazija tfisser li jibqgħu l-istess nies li kien hemm u li iktar minn hekk, min appoġġja l-gvern preżenti tul l-aħħar snin, m'għandu jkun appuntat imkien. Argumenti bażwija ta' min m'għandux żejt f'wiċċu. Min-naħa l-oħra għandhom jibqgħu fil-kariga dawk li taw riżultati u lesti jkomplu jaħdmu għall-pajjiż.

    It-tielet: il-ħatriet fil-qasam tal-ġustizzja jawguraw tajjeb u jekk ikollna noqogħdu fuq il-qawl Malti li x-xemx minn filgħodu turik allura l-affarijiet jistgħu jidhru pożittivi. Iżda, mhux se naqgħu fit-tentazzjoni li ngħaġġlu u se niġġudikaw biss bir-riżultati. Fejn dawn ma jaslux se nibqgħu nkunu aħna l-leħen taċ-ċittadin komuni u se nesiġu li l-bidla li vvota għaliha l-poplu titwettaq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 7

  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Spot On No further comments

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Nispera li nies li wettqu ingustizzji fi hdan entitajiet pubblici jigu mwarrba u mizmumin risponsabbli speccjalment dawk li abbuzaw mill poter li kellhom ghall pjaciri personali ta kull tip li wiehed jista jimmagina.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Naqbel hafna ma dan l-artiklu u dawn is-suggerimenti.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Inheggeg lil dawk in nisa li fuq il post tax xoghol sfaw vittma ta harassment jew gew mitluba ghall pjaciri sesswali b xi weghda ta xi promotion biex jigbdu l attenzjoni ta l awtoritajiet.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Naqbel ma l-artiklu,pero nispera

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Nisperaw li t-tqassim ikun gust u skond il-kapacita u mhux min jiehu hafna u min jibqa' l-art ghax ma kollux ziemel. B'hekk Malta tkun veru Taghna Lkoll.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Nisperaw biss li min dejjem hadem b'onesta' u integrita, u ghax kien dejjem suldat t

    Irrispondi
  •  

Facebook