Imħeġġeġ jikkontesta post fl-amministrazzjoni tal-PL

  • Mar 30, 2013 14:00
  • Miktub minn

    Imkejjen fil-Partit Laburista spjegaw ma' inewsmalta.com kif il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Daniel Micallef, qiegħed ikun imħeġġeġ minn bosta biex f’April jikkontesta wieħed mill-postijiet fl-amministrazzjoni tal-PL. Iżda, meta kkuntatjat minn inewsmalta.com Micallef ikkonferma biss li mhux se jkun qiegħed jerġa’ jikkontesta għall-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. “Inħares ‘il quddiem li nibqa’ nagħti l-kontribut tiegħi fil-Partit Laburista. Iżda f’dan il-mument ma jiena f’pożizzjoni li ngħid xejn iktar minn hekk,” qal Micallef meta mistoqsi jekk ux se jkun qiegħed jikkontesta għall-pożizzjoni fl-amministrazzjoni.

    ''Kif inhu elenkat fl-Istatut tal-għaqda, trid tissejjaħ Laqgha Ġenerali Straordinarja immedjatament wara l-Elezzjoni Ġenerali. Nista nikkonfermalek li l-laqgħa ġenerali se ssir nhar il-Ħamis 2 ta' Mejju, fejn f'din il-laqgha jiġi elett eżekuttiv ġdid biex l-għaqda tkompli miexja l-quddiem. Kif diġà tkellimt ma sħabi, mhux illum, iżda xhur ilu, jiena mhux se nkompli fil-kariga ta' President tal-FŻL għax nemmen li dak li kelli nagħti lill-għaqda tajtu. Wasal iż-żmien biex ikun hemm enerġija ġdida fit-tmexxija tal-għaqda li tkompli tmexxiha l-quddiem,” żied jgħid Micallef.

    Intant, mistoqsi dwar is-sehem tiegħu u tal-FŻL għar-rebħa tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali Micallef saħaq fuq kif il-Partit Laburista sar id-dar naturali għaż-żgħażagħ. ''Nemmen li kellna task diffiċli quddiemna u wettaqnih b'suċċess bħala grupp. Ir-riċetta kienet il-kollettiv - grupp magħqud iffukkat, fi ħdan partit li wera fiduċja fiż-żgħażagħ, u poġġihom tassew fiċ-ċentru tal-politika u l-operat tiegħu. Kburi u onorat li flimkien ma’ sħabi, kkontribwixejna biex il-Partit Laburista sar id-dar naturali taż-żgħażagħ,'' qal Micallef li baqa’ jkun evażiv meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 17

  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    proset mill-qalb lil Daniel Micallef, tax-xoghol siewi fi hdan il-forum, kont pedina importanti ghas-success tal-Partit Laburista. Grazzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Daniel jien ma' nafekx, imma milli segwjtek fuq it-TV int tassew abbli u bravu biex timla post importanti fil

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Awguri Daniel . Grazzi tal-hidma tieghek. Awguri ghal futur, il-Partit ghandu bzonn il-kontribut tieghek.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Verament iz-zghazagh kienu katalisti (anzi Protagonisti kif qal Dr.Muscat), f'din l-elezzjoni. Dawn irridi niehdu hsiebhom u ntuhom "sehem" mit-tmexxi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Wiehed mil l-aqwa mhuh fil-partit Laburista.....prosit Daniel

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    naqbel li Ghandu ikun fl-amministrazzjoni tal-partit persuna brava u umli ukoll....

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Proset ta' kollox daniel , bniedem bhal Daniel kapaci u umli bzonjuz ghal partit. Awguri

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Awguri ghal aktar hidma fi hdan il-PL ! U gRazzi ta' dak kollu li ghamilt fl-GH Z L !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Huwa mportanti, li l-Moviment tal-Haddiema jzomm kommunikazzjoni tajba u jibza' ghal dawk in-nies laburisti li ghal hafna snien dawn gew imwarrba u 'llum suppost dan i

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Prosit Daniel lijlek u team kollu.Issa il mument li tamel il qabza,pero qiss li il GH ZL taraw li tkompli tamel xoghla

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Awguri Min 3.00 ghalikhom iz-zaghzagh http://www.youtube.com/watch?v=-aWu7WVxsTM&list=UU6zHwBlhG9TkRY-r-jmn_bQ&index=64

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    Daniel, int kont wiehed mill-aqwa protagonista. Grazzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 30, 2013

    proset daniel issa zgur postok huwa fl amministrazjoni tal pl

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mar 31, 2013

    Prosit Daniel.... ghamilt bicca xoghol eccellenti.. issa jmiss titla' tar

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 02, 2013

    Prosit Daniel, dejjem nafhek bil ghaqal u ta dixiplina, tahdem ma kulhadd u mintiex minfuh brixhekk. Pero ahna li nafuk ghandna biex inkunu kburien bik.Grazzi tax xoghol li ghamilt. Min jaf Toni.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 03, 2013

    JIEN ANZJAN U ILI FTIT MA NKUN IL CENTRU IMMA IL DANIEL IFOLOWJTU FUQ IL PROGRAMI JIEN GHALIJA JIXRAQLU IKUN FL' AMINISTRAZJONI TAL PARTIT U HEMM ZAGHZAH OHRAJN LI HEMM BZONN INHEGUWOM BIEX IKUNU PARTI MILL AMINISTRAZJONI KURRAG HBIEB.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 03, 2013

    Jiena wkoll nifrah u nirringrazzja lill Daniel u ninsab cert li hu

    Irrispondi