Is-Sirja thedded bl-armi kimiċi

  • Lul 23, 2012 18:08
  • Miktub minn
"

    Ir-reġim Sirjan qal lest juża l-armi kimiċi u bioloġiċi f'każ li jkun hemm attakk minn pajjiż barrani. Dan huwa l-ewwel ħjiel li qatt tat is-Sirja li għandha armi ta' distruzzjoni tal-massa.

    Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Jihad Makdissi, wiegħed li m'humiex se jintużaw dawn l-armi fuq iċ-ċittadini tagħhom stess. Dan tħabbar hekk kif is-Sirja qed tibda tiffaċja iżolament internazzjonali. Minn meta bdiet il-kriżi fis-Sirja mietu minn tal-inqas 19,000 persuna. Intant, Iżrael wissew li huma lesti li jinvadu s-Sirja biex dawn l-armi ma jaqgħux taħt id-dejn ir-ribelli.

    “L-ebda arma kimika jew bijoloġika mhi se tintuża, waqt il-kriżi tas-Sirja tkun xi tkun is-sitwazzjoni tal-pajjiż,” qal Makdissi f'konferenza tal-aħbarijiet imxandra fuq l-istazzjon televiżiv tal-istat. “Dawn l-armi jinsabu kollha taħt sigurtà u taħt is-superviżjoni diretta tal-forzi armati tas-Sirja u qatt m'huma se jintużaw jekk ma jkunx hemm aggressjoni minn barra l-pajjiż,” kompla Makdissi.

    Min-naħa l-oħra qal li s-Sirja mhux qed tiffaċja għadu intern fir-ribelli, imma qal li r-ribelli qed jingħataw il-fondi minn barra l-pajjiż.

    Wara li ħarġet din l-intervista, il-ġurnalisti fis-Sirja rċevew stqarrija biex iżidu l-kelma “jekk hemm armi”. Biex b'hekk uffiċjalment la jkunu qegħdin jikkonfermaw u lanqas jiċħdu li hemm armi kimiċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0