Philippe Coutinho: "Iż-żmien ma' Inter kien perjodu diffiċli"

  • Jan 13, 2018 10:13
  • Miktub minn iNews

    L-istilla ta' Barcelona, Philippe Coutinho, ammetta li l-perjodu tiegħu ma' Inter kien wieħed diffiċli ferm u ma kienx ikun ta' suċċess fil-football kieku ma kellux l-appoġġ tal-familja tiegħu.

    Coutinho kellu biss 16-il sena meta ffirma ma' Inter iżda l-attakkant lagħab f'46 partita għan-Nerazzurri. 

    "Iffirmajt ma' Inter meta kelli biss 16-il sena. Kont għadni żgħir ferm. Kien perjodu ferm diffiċli, fejn sibt kultura differenti. Mort l-Italja flimkien mal-familja tiegħi u t-tfajla tiegħi, li llum hija marti. Dak iż-żmien Inter kellhom diversi players kbar u kienet esperjenza pożittiva ferm iżda fl-istess ħin diffiċli.  Kieku kont waħdi żgur li ma kontx nagħmilha.Kelli bżonn l-appoġġ tal-familja tiegħi li tawni sostenn f'dan il-perjodu diffiċli."

    Coutinho ngħaqad ma' Barcelona mingħand Liverpool fil-jiem li għaddew għas-somma fenomenali ta' £142 miljuni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0