Premier: Pass kbir minn Senglea Athletic għas-salvazzjoni

  • Jan 12, 2018 21:23
  • Miktub minn iNews
"

    Senglea Athletic ……2

    Lija Athletic …………0

    Ritratt: Dominic Borg 

    Senglea Athletic għelbu lil Lija Athletic bl-iskor ta’ 2-0 biex għamlu pass kbir li jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier. Min-naħa ta’ Lija, dawn sofrew il-ħames telfa konsekuttiva u baqgħu ankrati f’qiegħ il-klassifika biex prattikament jidher ċar li staġun ieħor jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni.  

    Is-Sengleani mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħ­hom hekk kif mas-suffara inizjali ħarġu fuq l-offensiva.

    L-ewwel azzjoni denja tagħhom waslet, fit-12-il minuta, meta xutt mid-distanza ta’ Gonzalo Virano, ġiegħel lill-goalkeper ta’ Lija, Jonathan Martinelli,  iwettaq save doppju wara li mblokka l-ballun. Minuta wara, l-istess Martinelli re­ġa’ salva fuq Virano. 

    Fl-20 minuta, Peter Sammut kien għoddu fetaħ l-iskor għal Senglea meta approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Lija, iżda l-kon­klużi tiegħu spiċċat barra.

    Erba’ minuti wara, kien imiss lil Nicola Palmieri li minn qagħda tajba għolla wisq il-ballun b’rasu biex iċ-ċans intilef. 

    Fis-26 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, Lija ġew imċaħħda minn sieq il-lasti fuq tentattiv ta’ Raphael Kooh Sohna wara żball fid-difiża Sengleana. 

    Fit-36 minuta, Senglea fetħu l-iskor minn free-kick ta’ GONZALO VIRANO li ma l-ebda ċans lil Martinelli jsalva. 

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Lija spiċċa jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Patrick Borg għal żewġ karti sofor wara li kkommetta foul barra l-kaxxa. Mill-free-kick sussegwenti reġa’ kien Virano li seta’ rdoppja iżda minn pożizzjoni ideali falla l-mira.

    Fit-73 minuta, Lija Athletic kienu għoddhom kisbu d-draw meta Juan Remberto Saavedra Campos ħasad għal kollox lill-goalkeeper Senglean, Giulio Centrangolo, iżda l-ballun għadda ftit barra. 

    Tliet minuti mit-tmiem, Senglea aċċertaw mir-rebħa meta Augusto Rene Ca­seres approfitta minn żball fid-difiża ta’ Lija. 

    SENGLEA A.: 1-Giulio Cetrangolo, 27-Steve Bonnici, 4-Jonathan Bondin, 13-Sergio Uyi, 19-Julian Leyton, 8-Matias Garzia, 2-Hubert Vella, 15-Gonzalo Nicolas Virano (5-Randal Vella 77), 10-Terence Vella, 9-Nicola Palmieri (21-Augusto Rene Caseres 57), 20-Peter Sammut (14-Jurgen Suda 88);  - Coach: Paolo Favaretto 

    LIJA A.: 1-Jonathan Martinelli, 19-Nigel Spiteri (17-Claudio Gerardo Celis Rios 61), 5-Patrick Borg, 6-Daniel Scerri, 4-Leon Muscat (8-Aaron Sammut 88), 13-Mc Allister Clinch, 21-Alain Rapha Kooh Sohna, 23-Aiden Galea (14-Juan Remberto Saavedra Campos 54), 20-Kei Hirose, 7-Erjon Beu, 9-Leejoe Schembri; - Coach: Joseph Galea

    REFEREE: Malcolm Spiteri

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Thomas Debono

    RABA’ UFF: Stefan Pace

    SKORERS:G. Virano 36, A. Caseres 87 (SA)

    AMMONITI:A. Galea (LA); M. Clinch (SA)

    TKEĊĊA: P. Borg 53 (LA) 

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Gonzalo Nicolas Virano (SA)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0