Gozo Tourism Awards 2017

  • Jan 12, 2018 20:17
  • Miktub minn iNews

    Matul l-għaxar edizzjoni tal-Gozo Tourism Awards, ħames persuni b’rabtiet diretti mal-industrija turistika Għawdxija ġew ippremjati għall-ħidma u l-kontribut tagħhom favur is-settur turistiku Għawdxi.

    Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sa Ottubru 2017, in-numru ta’ viżitaturi f’Għawdex kien diġà qabeż l-ammont ta’ viżitaturi li żaru l-gżira fis-sena 2016. Fil-fatt, sa Ottubru 2017, in-numru ta’ viżitaturi kien ta’ 958,737, ikkumparat mad-958,606 li waslu matul is-sena 2016. Apparti dan, in-numru ta’ ljieli li ġew traskorsi f’Għawdex ukoll kompla jiżdied, u sa Ottubru 2017, tela’ għal 147,879, ikkumparat ma’ 144,535 fl-2016.

    Waqt l-indirizz tagħha, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana elenkat fid-dettall il-ħidma sfiqa li għandu l-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2018, biex ikompli jgħolli l-livell turistiku tal-gżira Għawdxija. Fost il-proġetti ewlenin il-Ministru għal Għawdex semmiet kif fil-ġimgħat li għaddew ġie approvat il-masterplan ta’ Marsalforn u kif dan ser iwitti t-triq biex jiġu mħejjija masterplans oħra għal żoni turistiċi u bajjiet pubbliċi bħax-Xlendi, ir-Ramla l-Ħamra u Imġarr ix-Xini. Il-Ministru Caruana żvelat kif il-masterplan għaż-żona tal-Blue Lagoon f’Kemmuna huwa kważi konkluż biex jiġi diskuss mal-istakeholders kollha.

    “L-istess jgħodd għal proġetti ferm aktar ambizzjużi fir-rigward tar-rijorganizzazzjoni fil-port tal-Imġarr u l-arranġamenti loġistiċi fix-Xlendi fir-rigward ta’ żjarat aktar regolari mill-cruiseliners.  Rajna tkabbir inkoraġġanti f’dak is-settur b’wasliet aktar frekwenti tul is-sajf li għadda”, qalet il-Ministru Caruana.

    Justyne  Caruana semmiet ukoll l-impenn tal-Ministeru li jkompli jtejjeb l-infrastruttura tal-gżira b’investiment ta’ aktar minn tliett miljun ewro biex isir l-asfalt f’numru ta’ toroq li diġà ġew identifikati kif ukoll ir-riġenerazzjoni ta’ żewġ pjazzez ewlenin, dik tax-Xewkija kif ukoll dik ta’ San Franġisk. “Ser inkomplu nagħtu importanza lill-wirt arkitettoniku u storiku ta’ gżiritna bir-restawr tal-Fanal tal-Ġordan u tal-Mitħna tax-Xewkija li huma uniċi għall-gżejjer Maltin kif ukoll il-proġett ambizzjuż tal-Mużew ta’ Għawdex”, tenniet il-Ministru għal Għawdex.

    Justyne Caruana semmiet ukoll l-isfida tal-aċċessibilità u konnettività bejn il-gżejjer. “Qed naħdmu fuq binarji differenti għal konnettività aktar effiċjenti u effikaċi bl-art, bil-baħar u bl-ajru. Kollha kemm huma fihom aspetti loġistiċi, finanzjarji, ambjentali u soċjali ta’ portata kbira li jitolbu evalwazzjoni bir-reqqa. Matul din il-legiżlatura l-heliportreġa’ ġie f’idejn il-Ministeru għal Għawdex u għaddej l-eżerċizzju opportun biex naraw li jerġa’ jkollna servizz bl-arju. Is-servizz bil-baħar se jiġi kkumplimentat bil-fast ferry, għandha tibda diskussjoni u ppjanar fuq il-ħtieġa tar-raba’ vapur”, qalet il-Ministru Caruana.

    Il-Minstru għal Għawdex irrimarkat fuq l-impenni u l-sforzi tal-Ministeru biex jitkompla jitjieb il-livell turistiku Għawdxi. “Diġà sar u qed isir ħafna biex nesponu u nippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta, b’żieda ta’ niċeċ partikolari tagħna abbinati ma’ parteċipazzjoni ta’ attrazzjonijiet internazzjonali. Fost dawn insemmi l-festivals internazzjonali tal-ikel, tal-mużika, tal-folklor u ta’ temi u karatteristiċi partikolari oħrajn li qegħdin iżidu l-attrazzjoni lejn  Għawdex”, tenniet il-Ministru Caruana.

    Hija fakkret fuq l-inizjattivi mħabbra mill-Gvern matul l-aħħar budget biex il-livell turistiku f’Għawdex ikompli jitjieb. Fost dawn, il-Ministru semmiet l-iskema li se tiġi introdotta biex imprendituri Għawdxin li joperaw fis-settur itejbu l-livell tal-istabbilimenti turistiċi tagħhom.

    Filwaqt li ferħet lir-rebbieħa kollha u lil dawk li ġew innominati, il-Ministru għal Għawdex ikkonkludiet li, “M’aħniex qed nippremjaw isem, imma qed nippremmjaw lil min iddistingwa ruħu biex Għawdex ikun tassew destinazzjoni u prodott tassew distint.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook