Esklussiva bil-filmat: "Għaddietli minn moħħi li ntemm ħajti... jew tieħu n-nifs jew tgħix... jien se ngħix!

  • Jan 12, 2018 18:41
  • Miktub minn iNews

    "Imbilli qalbek qiegħda tħabbat ma jfissirx li qiegħda tgħix"

    Fid-dinja mhux kulħadd ikollu x-xorti li jitwieled f’ħajja b’sodda mifruxa u minkejja li t-triq tas-suċċess tinsab hemm għal kulħadd, mhux kulħadd jeħtieġ li jaqdef bħal xulxin biex jasal fil-punt tal-kuntentizza.

    Dan il-filmat li fl-aħħar sigħat xerrdet Diandra fuq il-profil tagħha ta’ Facebook jitkellem perfettament dwar dan. Diandra hija tfajla li “għalkemm wiċċha dejjem għad-dawl għaddiet minn ħafna problemi”, iżda tgħid li llum Diandra m’għadhiex dik it-tifla li għaddiet minn problemi u bkiet għall-ilsien ħażin ta’ dawk li qalulha li mhix tajba biżżejjed, Diandra għażlet li tgħix u llum hija mara b’qalb tad-deheb.

    Diandra tibda biex tgħid li fil-ħajja se jkollok mumenti fejn taħseb li kollox ġej għall-aħjar, iżda dejjem se jkollok id-dubju. Tgħid li tipprova kemm tipprova attivitajiet biex tiskopri lilek innifsek u tiskopri dwar il-potenzjal tiegħek dejjem se terġa’ taqa’ fid-dubji.

    Diandra tirrakkonta dwar il-viżjoni ta’ tfulita fejn minkejja t-tbatija li kellha tgħaddi minnha minħabba bbuljar kawża ta’ piż żejjed u problemi bejn il-ġenituri fost l-oħrajn.

    Minkejja dan Diandra tkompli biex tgħid li llum il-ġurnata hi tifhem dwar kemm kienet iffortunata li kellha l-ommha dejjem hemm għaliha u li dejjem sabet plat sħun u saqaf fuq rasha, xi ħaġa li mhux kulħadd ikollu x-xorti li jesperjenza.

    Diandra tkellmet ukoll dwar is-suwiċidju u qalet li minkejja li ħafna jaħsbu li min jagħmel suwiċidju ikun debboli, hi li “kemm il-darba” ikkunsidrat li tagħmel suwiċidju tikkonferma kemm dan mhux minnu għax saħansitra dwar dan hi dejjem kellha d-dubju.

    Il-Messaġġ ta’ Diandra hu wieħed ewlieni, li “wara l-maltemp jiġi l-bnazzi, kull bidu għandu tmiem u l-għażla tinsab f’idejk”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0