"Il-Prim Ministru għandu jagħmel dak li huwa sewwa"

  • Jan 12, 2018 14:41
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista b’reazzjoni għar-rapport tal-Parlament Ewropew

    "L-ikbar preokkupazzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew fuq Malta hija li l-Gvern qiegħed jinduna li qed issir ħsara lil pajjiżna u xorta jibqa’ jippersisti fil-modi tiegħu". Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’kummenti lill-ġurnalisti dwar ir-rapport tal-Kumitat PANA u l-Kumitat LIBE.

    Adrian Delia stieden lill-Prim Ministru biex jieħu l-passi li għandu jieħu sabiex, bil-fatti, jiddefendi r-reputazzjoni ta’ Malta.

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li saħansitra qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet Joseph Muscat kien wasal għall-istess konklużjoni ta’ dan ir-rapport dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi, iżda dakinhar kien skużahom billi qal li għandu bżonnhom għal xi proġetti partikolari.

    Adrian Delia qal li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna hija responsabbiltà ta’ kulħadd u tenna r-rieda tal-Oppożizzjoni li tingħaqad mal-Gvern u l-istituzzjonijiet kompetenti sabiex pajjiżna juri lid-dinja li lest u jrid jagħmel dak li huwa korrett.

    Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista staqsa għaliex il-Prim Ministru qiegħed jagħżel li jipproteġi lill-Minstru u ċ-Chief of Staff tiegħu minflok lil Malta. Huwa qal li dan ir-rapport jikkonferma dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jistieden lill-Gvern biex jagħmel dak li jixraq lil pajjiżna u li l-Oppożizzjoni trid taħdem b’rieda tajba għall-ġid ta’ isem pajjiżna.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0