Il-Mexxejja tan-Naħa t’Isfel tal-Ewropa f’Ruma

  • Jan 12, 2018 13:25
  • Miktub minn iNews

    “L-Unjoni Ewropea għandha tikkonsulta maċ-ċittadini Ewropej dwar fejn jaraw huma li jridu li l-Ewropa tmur għall-futur u dan għandu jsir b’mod wiesa’ ħafna mhux biss mal-istess nies tas-soltu, imma jilħaq anke nies fil-periferija tas-soċjetajiet tagħna, inkluż dawk li ma jaqblux mal-mod kif qed titmexxa l-Unjoni Ewropea.” Sostna dan il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ fi tmiem ir-raba’ summit tal-Mexxejja tan-Naħa t’Isfel tal-Ewropa f’Ruma.

    Dr Muscat qal li kien il-President ta’ Franza Emmanuel Macron li tkellem dwar il-bżonn li fid-diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa jkun hemm konsultazzjoni maċ-ċittadini Ewropej. Il-Prim Ministru Malti qal li l-konsultazzjoni m’għandhiex tieqaf mal-istess nies li jgħidu l-istess affarijiet imma għandha titwessa’ biex l-Ewropa tilħaq u tieħu l-opinjoni ta’ iktar nies. “Din il-konsultazzjoni m’għandhiex tieħu l-forma tal-istess nies jgħidu l-istess affarijiet. Irridu nisimgħu nies b’ideat differenti, irridu nisimgħu nies li ma jaqblux mal-Unjoni Ewropea u anke nies li jħossuhom esklużi mill-Unjoni Ewropea.”

    Il-Prim Ministru qal li dan is-Summit mhuwiex wieħed ta’ grupp ta’ pajjiżi li jrid jinqata’ mill-Unjoni Ewropea. Anzi huwa grupp ta’ pajjiżi li jrid imexxi ’l quddiem l-ideat tiegħu fuq diversi oqsma li għaddejjin fl-Unjoni.

    Huwa semma bħala eżempju l-Baġit tal-Unjoni Ewropea li qed jiġi diskuss fl-ambitu tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni li kienet tikkontribwixxi biljuni. Id-diskussjoni hija jekk dawn il-flus jagħmlux tajjeb għalihom pajjiżi tal-UE jew jekk jonqsux mill-budget kif ukoll liema setturi għandhom jingħataw prijorità. Din hija diskussjoni li għadha fil-bidu tagħha u li nittamaw li jintlaħaq ftehim sa sena u nofs oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook