Beppe Fenech Adami ordnat ineħħi l-illegalitajiet fil-proprjetà tiegħu fil-Għargħur

  • Jan 11, 2018 08:42
  • Miktub minn iNews

    Ordni tal-Awtorità tal-Ippjanar tikkonferma kif id-Deputat Nazzjonalista kellu xogħol bla permess f'żona ODZ…

    Ilbieraħ id-deputat Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, kien ordnat mill-Awtorità għall-Ippjanar biex ineħħi l-illegalitajiet li għamel fil-famuża proprjetà tiegħu fil-Għargħur.

    Il-proprjetà hi kontroversjali minħabba li nqabdet f’nofs diskussjoni bejn il-partiti politiċi f’pajjiżna għax Fenech Adami kien akkużat li għamel illegalitajiet u li gawda minn deċiżjonijiet li qajmu mistoqsijiet kbar bir-riżultat aħħari kien li l-valur tal-proprjetà tiegħu żdied. Għalkemm dejjem ċaħad li kellu illegalitajiet u saħansitra rebaħ libell fil-Qorti kontra minn żvela l-istorja jirriżulta li eventwalment għamel applikazzjoni biex jissanzjona l-illegali u lbieraħ l-Awtorità tal-Ippjanar qaltlu li jrid ineħħi dak li għamel bla permess u kontra r-regoli għal żoni ODZ. Biex imbagħad tkun tista’ tikkunsidra passi oħra.

    L-Awtorità qaltlu li jrid iressaq pjan ta’ kif se jneħħi l-illegalitajiet li għandu fuq is-sit u jġibu skont il-politika tal-awtorità għal żoni ODZ.

    L-awtorità talbet lil periti ta’ Beppe Fenech Adami biex il-pjan ikun konformi ma’ dik magħrufa bħala policy RPDG 14.

    Jirriżulta li -lapplikant iddikjara li se jkun qed jikkonforma ruħu ma’ din it-talba biex issa Beppe Fenech Adami nnifsu ammetta bl-illegalitajiet.

    Kien fl-aħħar ġimgħat li kien irrapportat fil-midja kif l-eks Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jipprova jillegalizza dak li għamel fil-palazz tiegħu fil-Għargħur kontra r-regoli tal-awtorità tal-ippjanar. 

    Dan minkejja li fl-2016 feġġet l-istorja ta’ kif Fenech Adami żied il-valur tal-proprjetà tiegħu fil-Għargħur b’diversi passi dubjużi u oħrajn li jiksru r-regoli, Fenech Adami dejjem argumenta li kellu kollox skont il-liġi.

    Ta’ min jgħid li l-case officer tal-awtorità tal-ippjanar propona li dak li Fenech Adami ried jissanzjona jkun irrifjutat. Xi ħaġa imbarazzanti għal Fenech Adami li dejjem insista li ma kellux problemi.

    Ir-rapport tal-case officer jgħid li l-Membru Parlamentari bidel art agrikola bħala parti mill-ġnien tiegħu kontra l-pjan strateġiku għaż-żona.

    Fl-art tiegħu Fenech Adami qed irabbi l-annimali u tajr minn papri, għal tiġieg, paguni u dundjani.

    Iżda, fost oħrajn ried jissanzjona wkoll ix-xogħol li għamel biex spiċċa bi swimming pool ikbar milli jippermettu r-regoli u passaġġi wesgħin ukoll kontra r-regoli. Din kienet deskritta bħala l-iktar parti problematika tal-applikazzjoni. 

    B’din il-parti tinsab barra ż-żona tal-iżvilupp, ODZ u lbieraħ inġibdet l-attenzjoni dwarha iktar minn oħra- jn.

    Anke l-ERA, l-awtorità Maltija għar-riżorsi, oġġezzjonat għall-pjan ta’ Fenech Adami u l-istess il-kumitat għall-agrikoltura.

    Iktar minn hekk Fenech Adami qed jintalab iħallas €16,000 li tiswa l-applikazzjoni biex jissanzjona.

    Però, id-deputat li jiddikjara li għandu miljun ewro l-bank u li qatt ma ried joqgħod għal tax audit, iddikjara li l-kont kien qed jarah għoli u appella minnu. Għalkemm imbagħad l-awtorità spjegat kif inħadem u kellha raġun. Jidher li Fenech Adami tal-inqas ħallas dan il-kont la l-applikazzjoni.

    ARA WKOLL: “Partit mhux kredibbli dwar l-ambjent … Il-PN baqa' ma għamel l-ebda kundanna”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0