Frowżinn … Pantomima oħra suċċess

  • Jan 09, 2018 00:14
  • Miktub minn iNews

    Qed nersqu lejn it-tmiem tas-17 il-Pantomima konsekuttiva mtellgħa mill-Kumpanija Teatru Rjal bid-differenza li dis sena fit-team tal-produzzjoni flimkien ma Pawlu Testa kien hemm ukoll DANUSAN. Produzzjoni oħra suċċess kif jixhdu n-numru ta rappreżentazzjonijiet li saru kif ukoll iż-żieda ta' erba' rappreżentazzjonijiet fuq dawk oriġinali. Il-Pantomima “Frowżinn” qed issir fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku l-Furjana.

    Id-dama hija interpretata minn Rodney Gauci li diġà qaxxar il-parti s-sena l-oħra! Ma' Rodney jieħdu sehem ukoll Snits, Julie Pomorski, Gaia, Alexia Micallef, Jeffrey Scicluna, Andrew Cassar, Kevin Calleja, Ian Fenech u Brian Farrugia. Din is-sena bi script iktar interattiv miktub minn Danusan. L-ebda Panto mhi Panto sakemm ma tkunx mogħnija b’mużika sabiħa. Il-kanzunetti huma kollha hits. Il-mużika fl-aħħar żewġ rappreżentazzjonijiet se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Conrad Briffa. Kull sena l-pantomima bil-Malti jkollha iktar effetti speċjali fosthom il-viżwal li din is-sena se jkun ippjanat minn 3 wise men. Id-direzzjoni fdata f’idejn Ray Abdilla u l-produzzjoni f’idejn Pawlu Testa għall-kumpanija Teatru Rjal flimkien ma' Danusan. Dil-Pantomima llum il-ġurnata hija sinonima ma’ kwalità u spettaklu. Il-korjografija se tkun f’idejn Kinetic Dance Studio, make-up minn Justin Brincat u kostumi ta’ Noel Loui Noir.

    L-aħħar żewġ rappreżentazzjonijiet li fadal huma s-Sibt 13 ta’ Jannar fis-7.30 p.m. u l-Ħadd 14 ta’ Jannar fil-5.00 p.m.

    Il-booking jista’ jsir jew mill-booking office jew mill-bar tal-Istitut Kattoliku, inkella direttament online mill-websat www.kumpanijateatrurjal.com. Wieħed jista jċempel ukoll fuq 99476468.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0