“Jekk nirbħu llejla nżidu festa nazzjonali" - Andrei Agius

  • Mar 26, 2013 17:20
  • Miktub minn

    Dan se jkun il-ħames impenn għat-tim Nazzjonali Taljan mill-Grupp B tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014.

    Din id-darba t-Taljani se jilgħabu kontra pajjiżna u se jilgħabu l-istadium f’Ta’ Qali bi spazju ta’ 18,000 spettatur.

    It-Taljani jaslu għal din l-isfida b’għaxar punti miksuba. Wieħed aktar mill-Bulgarija iżda b’logħba aktar. Sadanittant Malta għadha ma ħaditx punt wieħed, minn erba’ logħbiet ma ħaditx punt wieħed. David kontra Gulija u kif jgħidu l-Ingliżi “Against all odds” għall-Maltin. Imma Malta dejjem qamet għall-okkażjoni!

    L-unika gowl li skorjat Malta fil-grupp iġib il-firma ta’ Roderick Briffa kontra r-Repubblika Ċeka. Wara l-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Brażil li spiċċat 2-2, l-Italja neżlin għal din il-logħba kunfidenti li jakkwistaw it-tliet punti. Min-naħa l-oħra Malta, ikkowċjata minn Pietro Ghedin, li kien ukoll assistant ta’ Cesare Maldini, Zoff u Trapattoni se jfittex prestazzjoni b’saħħitha quddiem l-ispettaturi Maltin.

    F’Malta bħalissa teżisti emozzjoni kbira!

    Id-difensur Malti Andrei Agius saħaq li jekk Malta tirbaħ illejla qed jistenna festa nazzjonali.

    “L-importanti nevitaw id-disfatta li kellna kontra t-tim Bulgaru. Erġajna rajna l-logħba u nafu fejn żbaljajna,” saħaq il-kowċ Malti Ghedin.

    Malta beħsiebha tilgħab bil-formazzjoni 4-4-2.

    Quddiem il-gowler Hogg se nsibu lil Agius, Dimech, Caruana u Failla. F’nofs il-grawnd se nsibu lil Herrera u Ryan Fenech mal-linji, b’Sciberras u Briffa ċentrali. Quddiem se nsibu lil Andre Schembri u Michael Mifsud, l-aktar element perikoluż li skurja 36 gowl mat-tim nazzjonali Malti. Rekord assolut għal Malta! Il-karriera ta’ Mifsud ħaditu fil-Ġermanja u l-Ingilterra – mal-Kaiserslautern u mal-Coventry.

    Fuq il-bank se nsibu wkoll lil Alex Muscat, l-attakkant Andrew Cohen, lil Vella, Haber, Borg, Camilleri u Fenech.

    Ghedin se jkollu indispost lil Bogdanovic, attakkant ta’ 32 sena li għamel żmien jilgħab mal-Mosta.

    L-Italja beħsiebha tilgħab bil-formazzjoni 4-3-1-2

    Quddiem il-gowler Buffon se nsibu lil Abate, Barzagli, Bonucci u De Sciglio. Montolivo, Pirlo u Giaccherini f’nofs il-grawnd b’Marchisio wara l-ponot El Shaarawy u Balotelli.

    Skwalifikati għat-tim Taljan insibu lil De Rossi u lil Osvaldo. Indisponibbli għall-kowċ Prandelli nsibu lil Chiellini u Criscito. Fuq il-bank insibu lil Sirigu, De Sanctis, Astori, Maggio, Ranocchia, Poli, Florenzi, Candreva, Cerci, Gilardino, Diamanti u Giovinco.

    Referi se jkun Gozubuyuk mill-Olanda.

    Awguri Malta… issa naraw!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8