Wara l-każ ta’ Ella

  • Lul 23, 2012 15:22
  • Miktub minn

    Kienet tassew pożittiva l-aħbar li ħadna nhar il-Ġimgħa meta mill-Qorti sirna nafu li nstemgħet il-karba ta’ Ella. Ella hija tifla ta’ għaxar snin li bil-ħniena appellat lill-awtoritajiet Maltin biex tibqa’ tgħix Malta ma’ missierha u mhux tmur lura r-Renju Unit. L-Imħallef Joseph Azzopardi, f’sentenza dettaljata, meqjusa u mirquma fisser kif ta widen lix-xewqat tat-tifla.

    Iżda s-sentenza ta’ nhar il-Ġimgħa, għalkemm ġabet magħha arja ta’ sodisfazzjon,m’għandiex tnessina minn dak li għaddiet minnu din it-tifla sakemm instemgħet.

    Għalkemm dan il-każ spiċċa b’wiċċ il-ġid ma rridux ninsew l-ilmenti - ngħidu aħna ġustifikati - tal-familja dwar kif ma sarx assesjar psikoloġiku tat-tifla jew kif ma nħatarx avukat tat-tfal biex ikun hu li jiddefendi l-interessi tat-tifla.

    Dan il-każ ifakkarna f’ħafna oħrajn li fil-ġurnaliżmu niltaqgħu magħhom. Każi fejn ġenituri jilmentaw dwar kif uliedhom jispiċċaw bla drittijiet ta’ xejn fi proċessi legali.

    Issa, ngħiduha kif inhi, ħafna drabi jkunu l-istess ġenituri li qajla jagħtu każ il-ħtiġijiet ta’ uliedhom. Però huwa għalhekk li ninsitu għal sistema serja li b’mod awtomatiku tibda titħaddem meta fin-nofs ikun hemm l-interessi tat-tfal.

    Infakkru li għal xhur twal l-uffiċċju tal-avukat tat-tfal tmexxa minn avukati part-time u minn tagħrif li għandna sa issa jirriżulta li hekk għadha s-sitwazzjoni.

    Ta’ min jgħid li l-Gvern Malti għadu ma ħax lanqas il-miżuri meħtieġa biex il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal tkun parti mil-liġijiet Maltin. Dan ifisser li d-drittijiet li tagħti din il-konvenzjoni ma jistgħux ikunu infurzati fil-Qrati Maltin. Dan minkejja li pajjiżna ilu żmien li ffirma u rratifika din il-konvenzjoni.

    Il-każ ta’ Ella seta’ spiċċa b’wiċċ il-ġid. Iżda, ma tantx għandna biex inkunu sodisfatti. Inkunu sodisfatti biss meta jkollna sistema li mill-bidu sal-aħħar ta’ proċess it-tfal iħossuhom protetti u mħarrsa, anke jekk iċ-ċirkostanzi jaf ikunu diffiċli.Ħafna drabi diffiċli ħafna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0