Liquigas Malta żżid il-ħames pompa tal-AutoLiquigas fil-Mellieħa

  • Diċ 22, 2017 20:17
  • Miktub minn iNews
"

    Karozza mħaddma b’LPG tiffranka sa 50% tal-ispejjeż tal-fjuwil u tnaqqas is-CO2 

    Liquigas Malta qed tkompli tespandi l-provvista tal-fjuwil alternattiv iktar nadif – Liquified Petrolium Gas (LPG) – għall-vetturi konvertiti. Għadha kemm fetħet il-ħames AutoLiquigas fuel station  għandSanta Maria Service Station, il-Mellieħa. Din il-lokalità hi konvenjenti għal nies li jgħixu u jaħdmu fir-reġjun tat-tramuntana ta’ Malta, kif ukoll għal dawk li jmorru jew jaslu Malta minn Għawdex.

    Madwar 2,000 vettura diġà kienu kkonvertiti mill-użu ta’ petrol għal LPG minn mindu Liquigas Malta nediet l-AutoLiquigas tagħha f'Malta fl-2012.  L-istimi juru li fl-2016 vetturi li jaħdmu b’LPG naqqsu aktar minn 500 tunnellata ta' CO2, flimkien ma’ tnaqqis sinifikanti tal-ossidji tan-nitroġenu (NOx) u materja partikulata (particulate matter).

    Diġà hawn erba’ pompi tal-fjuwil li għandhom pompa tal-AutoLiquigas. Dawn jinsabu fil-Malta International Airport Service Station fil-Gudja; J Micallef Service Station fi Triq Buqana, ir-Rabat (Malta); il-Wembley Service Station fi Triq Sant’Andrija is-Swieqi; u għand VC Service Station fi Triq Naxxar, il-Għargħur.  Żewġ pompi oħra mistennija jitlestew fil-bidu tas-sena 2018, inkluża waħda f’Għawdex.

    Liquigas qed tkompli żżomm il-wegħda tagħha fuq il-prezz tal-AutoLiquigas. Il-prezz attwali f’Malta tal-LPG hu €0.65 kull litru, 50 fil-mija orħos minn petrol bla ċomb li bħalissa jiswa €1.31 kull litru, filwaqt li hu ukoll 45 fil-mija orħos mid-diesel li bħalissa jiswa €1.18.  Vetturi konvertiti huma ekonomiċi għal sidien li jużaw il-vettura tagħhom kuljum jew għal tqassim ta’ merkanziji. 

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ Liquigas Malta Roberto Capelluto, qal: “Filwaqt li aktar sewwieqa qed jaqilbu l-karozzi tagħhom għal-LPG, irridu nikkonfermaw l-impenn tagħna li noffru firxa adegwata ta’ pompi bl-AutoLiquigas madwar Malta. Apparti minn inqas spejjeż fil-konsum, il-konsumaturi qed isiru aktar konxji tal-LPG bħala fjuwil alternattiv aktar sikur peress li jnaqqas il-karbonju fl-arja b'medja ta' 12 fil-mija meta mqabbel mal-petrol. Il-kombustjoni nadifa u effiċjenti tfisser li l-vetturi li jaħdmu b’LPG jipproduċu ukoll anqas tniġġis li jagħmel ħsara."

    “F’dan ir-rigward, l-inċentivi fiskali qed jikkontribwixxu mhux biss għall-arja nadifa, imma jmorru oltre fit-tul għax iwasslu għal titjib fis-saħħa u l-benesseri tal-Maltinflimkien mal-miri ta’ tnaqqis ta-CO2 meħtieġa skont l-UE,” żied Capelluto.

    Il-konverżjonijiet tal-vetturi għall-LPG qed isiru minn seba’ installaturi awtorizzati tal-autogas madwar Malta. B’konverżjoni għal-LPG, karozza jkollha għażla ta’ żewġ tipi ta’ fjuwil - jiġifieri li tista’ taħdem kemm b’LPG kif ukoll bil-petrol permezz ta' swiċċ, bil-faċilità  li dan is-swiċċ jista’ jkun maqlub anki waqt is-sewqan. Għall-iskema tal-gvern tal-konverżjoni tal-użu bil-gass, persuna għandha tapplika għand Transport Malta. Din l-iskema tagħti sa €200, suġġetti għal xi kundizzjonijiet. Din l-iskema għadha kemm kienet estiża mill-gvern fil-baġit għall-2018.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0