L-E.T. il-President żaret il-Proċess tal-Għadd tal-Muniti tal-Kampanja ta’ L-Istrina BOV Piggy Bank

  • Diċ 22, 2017 19:41
  • Miktub minn iNews
"

    L-E.T. Marie Louise Coleiro Preca akkompanjata mis-Sur Edgar Preca żaret il-Head Office tal-Bank of Valletta f’Santa Venera biex tosserva l-għażla u l-għadd tal-muniti miġbura permezz tal-Kampanja ta’ L-Istrina BOV Piggy Bank. Il-President u s-Sur Preca ntlaqgħu miċ-Chairman tal-Bank is-Sur Deo Scerri u mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv is-Sur Mario Mallia.

    “Issa li tinsab fl-14-il edizzjoni tagħha, il-Kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank hija kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Bank u l-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund,” qal is-Sur Scerri. “Din l-aħħar fażi tal-Kampanja tinvolvi lill-impjegati tal-BOV u lill-voluntiera tal-MCCFF li jaħdmu flimkien biex jagħżlu d-donazzjonijiet miġbura minn kull skola Primarja u Sekondarja madwar Malta u Għawdex. Minkejja dan, din hija wkoll il-fażi li tagħtina l-aktar sodisfazzjon, hekk kif naraw id-donazzjonijiet jiżdiedu flimkien. Eventwalment matul ix-xandira diretta tas-26 ta’ Diċembru, se nkunu qed nippreżentaw din is-somma flimkien ma’ donazzjoni mogħtija mill-Bank.”

    “Din il-Kampanja saret sinonima mal-Bank of Valletta. Permezz tagħha, aħna ninvolvu lill-iżgħar persuni fis-soċjetà tagħna, biex b’hekk niżguraw li l-ispirtu tas-solidarjetà jibqa’ ħaj fis-soċjetà tagħna għas-snin li ġejjin,” qal is-Sur Mario Mallia. “Din il-Kampanja hija prova tanġibbli li kull donazzjoni żgħira tgħodd, hekk kif aktar minn EUR 1.3 miljun ġew ippreżentati lil L-Istrina sa minn meta tnediet.” Huwa kkonkluda l-intervent tiegħu billi rringrazzja lis-Sur Preca għall-kontribuzzjoni siewja tiegħu fil-promozzjoni ta’ din il-Kampanja. Fil-fatt is-Sur Edgar Preca żar madwar 25 skola Primarja u Sekondarja madwar Malta u Għawdex bejn Ottubru u Diċembru.

    “L-Istrina hija kull wieħed u waħda minna. Dan qed jiġi rifless fil-Kampanja attwali Jien l-Istrina,” qalet il-President, filwaqt li rringrazzjat lill-Bank of Valletta u lill-voluntiera għad-dedikazzjoni tagħhom u għall-isforzi ma jaqtgħu xejn tagħhom matul is-sena kollha. “Aħna nħeġġu lil kulħadd biex jaċċetta l-istedina tagħna u jsegwi L-Istrina fis-26 ta’ Diċembru, u jieħu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni annwali ta’ solidarjetà, sabiex jinġabru l-fondi ferm meħtieġa għall-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund biex tkompli tappoġġja lil dawk fostna li jinsabu għaddejjin minn żminijiet diffiċli.”

    Il-President imbagħad kompliet billi personalment iffirmat aktar minn 300 kopja tal-ktieb ‘Tisjir bil-Qalb’ li nxtraw mill-impjegati tal-BOV permezz ta’ inizjattiva kkoordinata mill-Bank biex jassisti l-isforz ta’ L-Istrina.

    Is-somma finali miġbura permezz tal-Kampanja ta’ L-Istrina BOV Piggy Bank se tiġi ppreżentata lill-E.T. il-President ta’ Malta matul ix-xandira diretta ta’ L-Istrina fis-26 ta’ Diċembru 2017.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0