The Shoreline tniedi appartamenti tat-Tieni Fażi b'termini ta’ ħlas faċli għall-klijenti

  • Diċ 22, 2017 20:24
  • Miktub minn iNews

    Ricasoli Properties Ltd qed tipproponi skema għall-klijenti li qed ifittxu dħul tajjeb mingħajr nefqa kapitali inizjali qawwija meta jixtru appartament b’veduti tal-baħar f’The Shoreline. Aktar dettalji dwar dan l-iżvilupp ta’ użu mħallat, magħmul minn shopping mall ta’ 25,000 metru kwadru u offerta ta’ 400 appartament residenzjali fi SmartCity il-Kalkara, tħabbru lil aktar minn 300 aġent tal-propjetà waqt laqgħa ta’ tagħrif dwar it-Tieni Fażi ta’ dan il-proġett. Din saret wara li nbiegħu l-appartament kollha tal-Ewwel Fażi li kienu jammontaw għal aktar minn 100.

    Dawn l-appartamenti fi Smart City igawdu mill-fatt li jinsabu fi Specially Designated Area (SDA), filwaqt li jikkonformaw kompletament mal-parametri tal-Masterplan għal SmartCity li kien approvat fl-2008. Hu stmat li l-proġett kollu għandu jitlesta fi żmien 4.5 snin mill-ħruġ tal-permessi. Ix-xogħol tal-bini hu ppjanat li jibda fl-2018, meta l-awtoritajiet joħorġu l-permessi għall-iżvilupp sħiħ.

    Għal din it-Tieni Fażi, qed ikunu offruti termini ġodda ta’ ħlas li huma favorevoli għall-investituri. Bħala struttura ta' pagament hemm li 10% jkunu depożitati mal-konvenju (POSA), ħlas ta' 10% mal-ħruġ ta' permessi ta' żvilupp sħaħ, pagament ta' 10% meta l-appartament ikun lest ġebel u saqaf (shell form) filwaqt li s-70% li jibqa' jitħallsu meta jsir l-kuntratt tax-xiri ladarba l-appartament ikun lest. Hemm ukoll spazji għall-ipparkjar fil-garaxxijiet.

    Aħbar oħra sinifikanti li ngħatat waqt din il-laqgħa kienet dwar il-finanzjament bankarju li qed joffru  erba' banek ewlenin f' Malta. L-APS Bank, il-BNF, il-BOV u l-HSBC għandhom offerti diversi ta' self għall-klijenti. F'każijiet ta’ finanzjament bankarju, l-istruttura tal-ħlas tkun tikkonsisti f'20% bħala depożitu bil quddiem mill-klijent, b'60% fuq il-kuntratt meta l-propjeta’ titlesta ġebel u saqaf (shell), u 20% meta l-klijent jingħata ċ-ċertifikazzjoni finali li l-appartament ikun lest.

    Id-direttur maniġerjali ta' Ricasoli Properties, Steve Carter, qal: "Kemm jekk klijent jixtri biex jikri kif ukoll jekk klijent juża l-propjeta’ biex joqgħod fiha, dawn il-klijenti issa jistgħu jagħmlu l-għażla preferuta tagħhom skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom. Ta’ min jinnota li filwaqt li l-konvenji kollha ffirmati huma suġġetti għall-permess ta' żvilupp sħiħ, id-depożiti kollha qed jinżammu fl-escrow u jkunu ġestiti minn nutar pubbliku."

    Iffinanzjat mill-flus tal-azzjonisti stess ta' Ricasoli Properties Ltd, il-propjetajiet qed ikunu offruti fuq pre-sale kif normalment jiġri fi proġetti ta' din in-natura. Dan sar biex ix-xerrejja jingħataw l-opportunità li jinvestu f’ l-istadju bikri, milli wara li l-proġett ikun tlesta. B'hekk tikber il-possibiltà li jkun hemm apprezzament akbar tal-kapital investit, hekk kif l-istatus u l-ipprezzar ta’ appartamenti f’dan il-proġett ikunu qed jimmaturaw aktar ma jgħaddi ż-żmien.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook