L-UE għandha tgħin lil-Libja fit-tmexxija tal-konfini - Borg

  • Lul 23, 2012 14:44
  • Miktub minn
"

    Waqt il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li sar fi Brussell illum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Tonio Borg, appella lill-Unjoni Ewropea biex jassistu lil-Libja fit-tmexxija tal-konfini. L-Unjoni Ewropea qalet li hija lesta li tgħin lill-awtoritajiet Libjani, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma sigurtà u tmexxija tal-konfini.

    Borg tkellem fuq ir-rebħa ta' Mahmoud Jibril f'elezzjoni demokratika li saret dan l-aħħar fil-Libja. Huwa feraħ għal mod demokratiku kif, skont hu, tmexxew dawn l-elezzjonijiet u anke għall-fatt li 16.5 fil-mija tas-siġġijiet tal-Assemblea ntrebħu minn kandidati nisa.

    F'din l-istess laqgħa l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin addotta numru ġdid ta' sanzjonijiet kontra r-reġim Sirjan. Il-Minsitri tal-Affarijiet Barranin kkundanaw il-ġlied li qiegħed isir fis-Sirja.

    Fiż-żjara tiegħu fi Brussell il-Ministru Borg kellu laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Maċedonja, Nikola Poposki. F'din il-laqgħa Borg qal li Malta tappoġġja l-kandidatura tal-Maċedonja fl-Unjoni Ewropea. Borg żied jgħid li l-Maltin qegħdin jaraw il-Maċedonja bħala opportunità ta' investiment. Kumpanija tal-Informatika Maltija fetħet uffiċċju fi Skopje fejn qed timpjega 100 konsulent tekniku, temm jgħid Borg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0