Possibbli veto fuq l-użu ta’ addittivi ta’ fosfati fil-kebabs

  • Diċ 07, 2017 20:41
  • Miktub minn iNews

    Peress li hemm tħassib dwar is-saħħa pubblika, nhar it-Tlieta l-Parlament se jiddeċiedi jekk jgħaddix veto fuq proposta tal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikunu permessi l-addittivi ta’ fosfati fil-laħam li minnu jsiru l-kebabs.

    il-MPE se jivvutaw nhar it-Tlieta fuq proposta tal-Kummissjoni sabiex jitħalla l-użu ta’ tal-aċidu fosforiku, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E338-452) fil-laħam li jintuża għal-kebabs - sew jekk hu laħam tal-muntun, nagħaġ, vitella, ċanga jew tjur.  Dan fost it-tħassib dwar l-impatt tal-fosfati fuq is-saħħa pubblika. 

    Il-MPE tal-Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jirrakkomandaw li l-Parlament għandu jimblokka pjanijiet sabiex jitħalla l-użu ta’ dawn il-fosfati fil-laħam tal-kebabs, għallinqas sakemm ir-riżultati ta’ studju xjentifiku magħmula mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel jkunu magħrufa.  Jekk il-Parlament jaċċetta l-oġġezzjoni tal-kumitat b’maġġoranza assoluta (376 vot), il-proposta teħel u l-Kummissjoni Ewropeja jkollha tibda l-istudji mill-ġdid. 

    Ir-regoli tal-UE jipprojbixxu l-użu tal-addittivi tal-fosfati fil-preparazzjoni tal-laħam ġewwa s-suq komuni, sakemm dawn ma jkunux speċifikament imniżżla fil-liġi.  Din il-liġi hija suġġett għal-tlett kundizzjonijiet: li hemm bżonn teknoloġiku, li ma jkunx hemm riskju għas-saħħa u li ma jqarraqx bil-konsumatur.  Il-proposta tal-Kummissjoni tkun qed iżżid “sfiefed vertikali tal-laħam iffriżat” ma’ din il-lista.

    Il-MPE urew kif studju xjentifiku li sar fl-2012 wera li hemm rabta potenzjali bejn l-addittivi tal-fosfati fl-ikel u riskju akbar ta’ mard kardjovaskulari.  Madankollu, studju tal- Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) wera li mhux possibbli li jkun attribwit dan ir-riskju mal- konsum ta’ fosfru in ġenerali jew ta’ addittivi ta’ fosfru.  Iżda, studju xjentifiku ieħor li sar fl-2013 issuġġerixxa wkoll li rabta bejn dieta li jkun fiha livell ta’ fosfru għoli u żieda fir-rata ta’ mwiet ġewwa l-Istati Uniti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook