"Lanqas fuq l-għatba tal-bieb ma nafdahom lit-tfal"

  • Diċ 07, 2017 18:02
  • Miktub minn iNews

    "Qed niġu mċaħħdin mil-lokalità tagħna stess, il-Marsa"

    “It-tfal qed jaraw minn kollox fil-Marsa, minn ġlied, għal nies fis-sakra u mitluqin mal-art. Lanqas fuq l-għatba tal-bieb ma nafdahom saħansitra lanqas quddies waħedhom ma nibgħathom għax anke fl-10.00.a.m. ġieli kien hemm nies fis-sakra.” Sostniet dan Julie Ellul, omm residenti fil-lokalità tal-Marsa waqt seduta tal-Kumitati Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u dwar l-Affarijiet tal-Familja, dwar il-Ghettoisation tal-Immigranti f’Malta.

    Ellul spjegat li kemm ilha toqgħod hemm il-lokalità nbidlet drastikament. Saħqet li  Qalet li ġieli wkoll xi immigranti ġrew wara n-nies u anke warajha stess. Sostniet li din l-esperjenza kerha qed jgħaddu minnha ħafna nisa mill-Marsa.

    Ellul żiedet tgħid li l-Għassa tal-Pulizija ġieli tkun magħluqa speċjalment fi tmiem il-ġimgħa. Qalet li mhumiex liberi għax saħansitra lanqas jistgħu jieħdu t-tfal fil-bandli u saħqet li qed jiġu mċaħħda mil-lokalità tagħhom stess.

    Saħqet li waħda mill-ikbar problemi hija x-xorb alkoħoliku għax bosta immigranti qed jintefgħu jixorbu ġurnata sħiħa speċjalment l-iktar dawk li ma jaħdmux.

    It-tfal fin-nursery tal-marsa naqsu b’70% f’erba’ snin

    Sadanittant Alex Borg min-nursery tal-Marsa qal li qatt daqs il-ħames snin li għaddew ma kellhom problemi. Sostna li f’erba’ snin it-tfal jattendu n-nursery naqsu b’70%, u dan għall-fatt li l-ġenituri  qed jibżgħu joħduwhom. Spjega li minn 120 tifel dawn naqsu għal 40. Borg żied jgħid li l-grawnd tal-futbol jinsab ukoll ftit il-bogħod miċ-ċentru miftuħ tal-Marsa. In-nursery toffri lit-tfal tal-lokal dak l-iżvog biex jieħdu pjaċir u jitgħallmu jilgħabu l-futbol.

    Alex Borg żied jgħid li t-tfal fil-Marsa m’għandhomx fejn jiltaqgħu peress li lanqas biss hemm youth centre. Saħaq il-fatt li jkun hemm post magħluq biex ikunu jistgħu jiltaqgħu. Żied jgħid li apparti l-problemi tal-immigranti hemm problema wkoll tas-siringi, u jirringrazzja lill-Pulizija li dejjem ġew meta ċemplulhom. Saħaq pero li hemm bżonn aktar rondi mill-Pulizija.

    Spettur tal-Pulizija: Qatt ma kien hemm rapporti ta’ ħtif ta’ tfal fil-Marsa

    Mistoqsi fl-istess kumitat jekk fil-Marsa hux vera kien hemm każi ta’ ħtif ta’ tfal, l-Ispettur Robert Vella stazzjonat fl-għassa tal-lokal ċaħad li xi darba kien hemm xi każ ta’ dan it-tip. Saħaq li l-problema bdiet minn gvern preċedenti li qabad u tefagħhom f’dik l-iskola u gvern wara gvern dawn baqgħu hemm. 

    Qal li ma tistax iżżomm 116-il persuna f’post mhu adekwat xejn  u żgħir bħaċ-ċentru miftuħ tal-Marsa. Qal li jekk hemm bżonn dawn iridu jingħataw l-għajnuna u tagħlim biex jintegraw fis-soċjetà. Qal li jekk persuna ma jkollha l-ebda skop x’tagħmel, bilfors tidħol fl-ewwel bar li ssib u tonfoq dik l-€20 li jkollok fil-birra.

    L-Ispettur żied jgħid li kien hemm struzzjonijiet mill-Kummissarju tal-Pulizija li jkun hemm żewġ vetturi tal-R.I.U fil-lokal. Qal li  għalkemm jippreferi għassa magħluqa u l-pulizija jkun fuq ir-ronda biex jara x’qed jiġri milli pulizija bilqegħda wara l-iskrivanija, ċaħad li l-għassa tkun magħluqa ta’ spiss. Sostna li r-rondi jsiru ta’ spiss u anke bosta rejds neċessarji.

    L-Ispettur Vella qal li fil-Marsa hemm problema speċjalment fiż-żoni tat-tined tal-patata kif ukoll fiż żona tal-istalel taż-żwiemel. Qal li fl-aħħar xhur saru żviluppi kbar fuq it-traffikar tad-droga minn fejn l-istess stalel wara li tressqu xi nies il-qorti dwar dan. Temm jgħid li grazzi għall-forzi tal-ordni qed tittaffa wkoll il-problema tal-prostituzzjoni fil-Marsa.

    Bżonn ta’ aktar kontroll fil-Marsa

    Fl-aħħarnett diversi kelliema li ddiskutew dawn il-problemi fil-kumitat,  saħqu ‘l bżonn t’azzjoni immedjata fil-Marsa bħal ma jingħalaq iċ-ċentru miftuħ, tingħalaq il-moskea llegali li hemm taħt il-kappella ta’ San Ġorġ Preca u li jsiru spezzjonijiet frekwenti fil-ħwienet. Problemi oħra li hemm bżonn li jiġu mħarsa huma l-kontrolli ta’ kemm il-numru ta’ residenti joqgħodu f’dar waħda għax huwa impossibbli li 30 ruħ jgħixu taħt l-istess saqaf. Talbu lill-awtoritajiet biex bis-serjeta jieħdu azzjoni dwar il-problema tal-immigranti speċjalment fil-lokalità tal-Marsa.

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook