Suldati Ingliżi jingħataw biljetti b'xejn għall-Olimpjadi

  • Lul 23, 2012 13:21
  • Miktub minn

    Eluf ta' suldati Ingliżi, se jingħataw biljetti b'xejn biex jimlew postijiet li għadhom vojta tal-ftuħ tal-Olimpjadi.

    Uħud minn dawn il-biljetti huma tal-aktar postijiet prestiġjużi. Id-deċiżjoni tal-biljetti ttieħdet is-Sibt wara li Lord Moynihan, chairman tal-Assoċjazzjoni Olimpika Maltija, ħeġġet lill-organizzaturi tal-Olimpjadi biex il-postijiet li għadhom vojta jimtlew mill-armata. L-armata taw appoġġ kontinwu lill-kontinġent Ingliż li huwa magħmul minn 542 atleta.

    17,000 suldat se jkunu involuti fis-sigurtà ta' dawn il-logħob, 3,500 minnhom saru jafu bl-inkarigu li għandhom biss il-ġimgħa l-oħra.

    Moynihan qal li Team GB jafu bis-sagrifiċċji li qed jagħmlu t-truppi u l-istress li qegħdin jiffaċċjaw biex jagħmlu dan. “Kull atleta huwa grat lejn l-armata. Għalkemm jien miniex responsabbli mill-biljetti, jekk hawn xi ħadd li jixraqlu biljett li baqa' ma nbiegħx huwa l-armata,” kompla Monihan.

    Għall-ftuħ tal-Olimpjadi li se jsir nhar il-Ġimgħa għadhom ma nbiegħux b'total ta' £2,012 biljetti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0