"Ridt nurihom x'tilfu... ma kien hemm ħadd aħjar minni"

  • Diċ 07, 2017 16:25
  • Miktub minn iNews

    L-attakkant ta' Manchester United, Zlatan Ibrahimovic, iddeskrieva l-prova li kellu ma' Arsenal fis-sena 2000 bħala ħela ta' żmien.

    L-istilla Svediża ta' 36 sena qal li kien ħassu insultat mill-insistenza ta' Arsene Wenger biex jagħmel prova mal-club u għalhekk irrifjuta lill-Gunners biex jingħaqad ma' Ajax.

    Wara li ffirma ma' Ajax fl-2001, Zlatan żvela li kellu għan wieħed: "Ridt nurihom x'tilfu."

    Sal-ġurnata tal-lum Ibrahimovic għadu ma nesiex meta ppoża bil-flokk numru disa' ta' Arsenal, madwar 16-il sena ilu.

    "Kont mort Londra fejn kelli appuntament ma' Wenger u staqsieni biex nagħmel prova mal-Gunners. Kont għidltu li m’inix ħa noqgħod għal prova … jew kellu jakkwistani minnufih inkella xejn. Ma mortx Londra biex naħli l-ħin.  F'moħħi kont naf li jien kont l-aktar wieħed b'saħħti u li ħadd ma' kien aħjar minni minkejja li kont għadni żgħir.

    Kont iltqajt ma' Wenger għaliex stennejt li kien ser jgħidli biex nibda ma' Arsenal minnufih," qal Ibrahimovic.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook