Ħelsien mill-arrest għal raġel involut fl-akbar qabda tad-droga

  • Diċ 07, 2017 17:03
  • Miktub minn iNews

    Rudolph Said, wieħed mit-tliet irġiel li għaddejjin proċeduri b’rabta ma’ sejba rekord ta’ 550 kilo droga kannabis ingħata l-ħelsien mill-arrest.

    Said, ta’ 35 sena mill-Fgura flimkien ma’ Angelo Penna ta’ 60 sena u Cristofaro Paratore ta’ 42 sena, it-tnejn minn Katanja kienu tressqu l-Qorti f’Ottubru li għadda akkużati bil-pussess u t-traffikar tad-droga. Said qed ikun akkużat ukoll li kellu 20 kilo pjanta kannabis, li nstabu fil-karozza tiegħu li kienet ipparkjata f’parkeġġ f’Paceville. 

    Il-qabda rekord ta’ droga, li kienet imqassma fi tliet vetturi saret minn Uffiċċjali tal-Korp tal-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, fil-lejl ta’ bejn it-12 u t-13 ta’ Ottubru. B’kollox il-Pulizija kienet għamlet sejba ta’ 550 kilo droga kannabis, li l-valur tagħha jaqbeż sew il-miljun ta’ ewro. Flimkien mad-droga nstabu wkoll mal-€100,000 fi flus kontanti. 

    Parti kbira mid-droga nstabet ġo żewġ trakkijiet li kellhom qiegħ falz u l-pjanċi Taljani. Dawn il-vetturi kienu pparkjati f’garaxx fil-Fgura filwaqt li ammont iżgħar ta’ droga allegatament instabet fil-vettura tal-Malti.

    F’digriet mogħti mill-Maġistrat Neville Camilleri, l-imputat Rudolph Said ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €7,000, garanzija personali ta’ €20,000 u jrid jiffirma l-Għassa ta’ Raħal Ġdid tliet darbiet fil-ġimgħa. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Kevin Pulis filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Mario Mifsud qed jidhru għal Said. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook