Robbie Brady ta' Burnley għandu bżonn operazzjoni f'irkopptu

  • Diċ 07, 2017 16:00
  • Miktub minn iNews

    Il-winger ta' Burnley, Robbie Brady, għandu bżonn operazzjoni f'irkopptu u ser idum barra mil-logħob għal perjodu twil.

    Brady ta' 25 sena sofra daħla goffa mid-difensur ta' Leicester City  Harry Maguire wara nofs siegħa logħob fit-telfa ta' 1-0 nhar is-Sibt. Il-partita kellha titwaqqaf għal diversi minuti sakemm il-player internazzjonali tar-Repubblika Irlandiża inħareġ mill-pitch fuq stretcher.

    Il-coach tal-Clarets, Sean Dyche, tenna li Brady ser idum barra mil-logħob għal perjodu twil. "Hu ser jingħata żmien kollu għall-kura li għandu bżonn biex jirkupra."

    Brady ingħaqad ma' Burnley mingħand Norwich f'Jannar għas-somma ta' £13-il miljun.  Huwa lagħab fil-logħbiet kollha tal-Premier League għal Burnley f'dan l-istaġun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook