FILMAT: Traskuraġni jew le?... jistaqsu x'kien jiġri li kieku kien hemm persuna taqsam it-triq

  • Diċ 07, 2017 14:13
  • Miktub minn iNews

    Filmat li beda jiċċirkola fl-aħħar ħin juri persuna li għal xi raġuni waqt li kienet għaddejja bil-vettura tagħha baqgħet dieħla f'ilqugħ li kien qiegħed jgħatti tappiera fir-Rabat, qrib il-venda tal-karozzi tal-linja.

    Fost l-ewwel kummenti li segwew kien hemm persuni li lmentaw li din il-persuna baqgħet dieħla b'mod traskurat u li faċilment kellha tevita dan l-inċident.

    Filwaqt li kien hemm min saħaq li din il-persuna kienet qiegħda tuża l-mowbajl, oħrajn qalu li x-xemx setgħet affettwat lis-sewwieqa b'oħrajn jilmentaw li din mhijiex raġuni valida u staqsew x'kien jiġri li kieku flok dak l-ilqugħ kien hemm persuna taqsam it-triq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook