Rikonoxximent għax-xogħol ta' Michelle Muscat

  • Diċ 07, 2017 12:53
  • Miktub minn iNews

    Mart il-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Muscat, ġiet rikonoxxuta għax-xogħol tagħha fil-qasam politiku u filantropiku mill-organizzazzjoni Celebrating Women International. 

    Iċ-ċerimonja, li matulha s-Sinjura Muscat ġiet mogħtija dan ir-rikonoxximent flimkien ma’ 15-il personalità internazzjonali fl-oqsma politiċi, filantropiċi u tan-negozju minn madwar il-Commonwealth u d-dinja, saret f’Nassau, il-Bahamas, taħt l-awspiċi tal-Gvernatur Ġenerali tal-pajjiż, is-Sinjura Marguerite Pindling.

    Is-Sinjura Michelle Muscat kienet mistiedna tal-Gvernatur Ġenerali u anki kellha laqgħa ma’ mart il-Prim Ministru tal-Bahamas, is-Sinjura Patricia Minnis.  Għal din il-laqgħa attendew ukoll mart id-Deputat Prim Ministru u diversi uffiċjali governattivi.

    Matul din iż-żjara saru diversi preżentazzjonijiet dwar il-ħidma ta’ The Marigold Foundation, bil-għan li din il-fondazzjoni iżżid il-firxa tagħha u anki jkollha relazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra minn madwar il-Commonwealth.  Dan qed isir bi preparazzjoni għal Commonwealth Summit li se jsir is-sena d-dieħla f’Londra.

    Is-Sinjura Muscat kienet akkumpanjata mis-Sinjura Phyllis Muscat, li kienet tmexxi ic-CHOGM Task Force, kif ukoll mis-Segretarja Eżekuttiva ta’ The Marigold Foundation, is-Sinjura Jennifer Xuereb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook