"In-negozji qed jistennew il-Milied"

  • Diċ 07, 2017 12:24
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis iddeskriva l-Baġit 2018 bħala wieħed b'saħħtu u saħaq li dan għax il-finanzi huma b'saħħithom.

    Huwa sostna li l-baġit mela lin-nies bil-kuraġġ u n-negozji qed jistennew li jiġi l-Milied għax in-nies għandhom il-flus fil-but u se jkollhom x'jonfqu.

    Parnis saħaq li grazzi għall-finanzi fis-sod tal-pajjiż qbadna t-triq it-tajba u kulħadd iħossu sikur.

    Waqt li rrikonoxxa li wara l-preżentazzjoni tal-baġit seħħew ġrajjiet li wasslu biex il-Gvern ma tkellimx kemm xtaq fuqu, id-deputat Laburista sostna li kuntrarjament għal gvernijiet oħra dan il-Gvern ma daħħalx miżuri iebsin fil-bidu tal-leġislatura.

    Huwa elenka diversi miżuri soċjali li tħabbru fil-baġit u waqt li rrimarka li n-nies jinteressahom li jkollhom il-flus fi bwiethom irrikonoxxa li għad hawn nies fil-faqar u fil-prekarjat imma saħaq li l-Gvern qed jaħdem fuq dan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook